XOGHOL AVVANZAT FIT-TWESSIEGH TAL-WIDIEN
It-twessiegh tal-wied bejn il-fabbrika tal-Lowenbrau f’Lion Street u Aldo Moro Avenue jinsab ghaddej b’ritmu mghaggel. Dan qalu il-Ministru Ninu Zammit meta zar ix-xoghlijiet biex isegwi l-progress ta’ dan il-progett ambizjuz.
Il-Ministru Ninu Zammit spjega li x-xoghol fuq dan il-watercourse ghaddej b’ritmu tajjeb. Fil-fatt sa llum diga’ gie mwessa u tlesta l-kanal ta’ bejn il-fabbrika tal-Lowenbrau u n-Nylon Knitting, li hu twil ’l fuq minn 200 metru u beda x-xoghol fuq il-pont fi Triq l-Iljun, wara li tkisser il-pont li kien hemm u gew iddevjati l-cables ta’ l-elettriku u l-mains tad-drenagg. Il-Perit Ninu Zammit stqarr li minflok dan il-bridge li issa tnehha, se jinbena bridge gdid ta’ 12-il metru li jippermetti passagg ta’ volum akbar ta’ ilmijiet.
Il-parti mill-Marsa Sports Club sa Triq Aldo Moro ukoll inghatat spinta ’l quddiem u sa llum diga’ gie mwessa u mhammel ’l fuq minn 600 metru ta’ kanal, li kien jinkludi tnehhija ta’ tunnellagg ta’ hamrija u materjal, twaqqiegh ta’ bini u tqattiegh ta’ blat. Bhala retaining wall nbena tul ta’ ’l fuq minn 400 metru ta’ hajt bit-talut li jsarraf f’madwar 2,000 vaza tal-gebel u beda jinghata l-konkos tal-qiegh tal-kanal bil-ghan li l-ilma jghaddi aktar malajr u meta jigi biex jitnaddaf dan ikun jista jsir ahjar.
Il-Ministru tar-Rizorsi u Infrastruttura kompla billi qal li l-hrug ta’ dan il-watercourse huwa f’Jetties Wharf u fil-prezent anke hawnhekk ghaddej xoghol ta’ tindif fil-bahar, dredging, sabiex jitnehha kull ostaklu li jista jikkawza zblokk fil-hrug ta’ l-ilma. Il-Perit Zammit habbar ukoll li ma’ dan ix-xoghol kollu, beda wkoll xoghol ta’ tindif estensiv f’diversi widien li uhud minnhom ilhom ma jitnaddfu ghal dawn l-ahhar tletin sena. Fost dawn il-Ministru semma Wied il-Kbir, Wied ic-Cawsli, Wied Qirda, Wied Xkora, Wied L-isqof, Wied tal-Hzejjen u Wied ta’ Hal Mula. Dan ix-xoghol ghandu jwassal sabiex il-problema ta’ l-gharghar tittaffa u jekk hu possibli tigi rimedjata.
Il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-progress fix-xoghlijiet juri li l-Gvern mill-kliem ghadda ghall-fatti rigward din il-problema ta’ l-gharghar fil-Marsa, Hal-Qormi u f’Burmarrad. L-ispiza fuq dawn il-progetti se taqbez ’l fuq minn miljun Lira Maltin li minnhom madwar Lm450,000 inghataw lil Malta mill-Fond tas-Solidarjeta’ ta’ l-UE.
Il-Ministru Ninu Zammit qal ukoll li t-Taqsima tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura nvesta f’aktar minn Lm22,000 f’apparat u taghmir protettiv ghal haddiema bejn Gunju 2003 u Mejju 2004.
Huwa spjega wkoll kif fl-ahhar sitt xhur, id-Dipartiment tas-Sahha u Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol ghamel iktar minn sittin spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni u nghataw 38 lezzjoni lill-aktar minn 700 haddiem li attendew. Hu tenna wkoll li d-Divizjoni tax-Xoghlijiet regolarment tikkonsulta lill-Awtorita’ tas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol, kemm fuq xiri ta’ makkinarju gdid kif ukoll fuq apparat li jkun se jintuza mill-haddiema nfushom, dan sabiex kull ma jinxtara jkun ta’ l-oghla kwalita’ u fuq standards stabbiliti.
Fl-ahharnett il-Ministru Ninu Zammit enfasizza l-fatt li filwaqt li l-Gvern ghaddej b’hidma kontinwa sabiex jutilizza l-massimu mir-rizorsi umani li hu ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu, qed jinvesti f’apparat u makkinarju modern sabiex filwaqt li l-haddiema jkunu attrezzati bl-ahjar mod, tigi mharsa wkoll is-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Dan jixduh id-diversi korsijiet li jigu organizzati mill-BICC li jwasslu sabiex tinghata s-Safety Card lill-haddiema li jsegwu korsijiet simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en