Left arrow Go Back

XOGHOL AVVANZAT FIT-TWESSIEGH TAL-WIDIEN

PR1227
Date Icon 27/07/2004

It-twessiegh tal-wied bejn il-fabbrika tal-Lowenbrau f’Lion Street u Aldo Moro Avenue jinsab ghaddej b’ritmu mghaggel. Dan qalu il-Ministru Ninu Zammit meta zar ix-xoghlijiet biex isegwi l-progress ta’ dan il-progett ambizjuz.

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li x-xoghol fuq dan il-watercourse ghaddej b’ritmu tajjeb. Fil-fatt sa llum diga’ gie mwessa u tlesta l-kanal ta’ bejn il-fabbrika tal-Lowenbrau u n-Nylon Knitting, li hu twil ’l fuq minn 200 metru u beda x-xoghol fuq il-pont fi Triq l-Iljun, wara li tkisser il-pont li kien hemm u gew iddevjati l-cables ta’ l-elettriku u l-mains tad-drenagg. Il-Perit Ninu Zammit stqarr li minflok dan il-bridge li issa tnehha, se jinbena bridge gdid ta’ 12-il metru li jippermetti passagg ta’ volum akbar ta’ ilmijiet.

Il-parti mill-Marsa Sports Club sa Triq Aldo Moro ukoll inghatat spinta ’l quddiem u sa llum diga’ gie mwessa u mhammel ’l fuq minn 600 metru ta’ kanal, li kien jinkludi tnehhija ta’ tunnellagg ta’ hamrija u materjal, twaqqiegh ta’ bini u tqattiegh ta’ blat. Bhala retaining wall nbena tul ta’ ’l fuq minn 400 metru ta’ hajt bit-talut li jsarraf f’madwar 2,000 vaza tal-gebel u beda jinghata l-konkos tal-qiegh tal-kanal bil-ghan li l-ilma jghaddi aktar malajr u meta jigi biex jitnaddaf dan ikun jista jsir ahjar.

Il-Ministru tar-Rizorsi u Infrastruttura kompla billi qal li l-hrug ta’ dan il-watercourse huwa f’Jetties Wharf u fil-prezent anke hawnhekk ghaddej xoghol ta’ tindif fil-bahar, dredging, sabiex jitnehha kull ostaklu li jista jikkawza zblokk fil-hrug ta’ l-ilma. Il-Perit Zammit habbar ukoll li ma’ dan ix-xoghol kollu, beda wkoll xoghol ta’ tindif estensiv f’diversi widien li uhud minnhom ilhom ma jitnaddfu ghal dawn l-ahhar tletin sena. Fost dawn il-Ministru semma Wied il-Kbir, Wied ic-Cawsli, Wied Qirda, Wied Xkora, Wied L-isqof, Wied tal-Hzejjen u Wied ta’ Hal Mula. Dan ix-xoghol ghandu jwassal sabiex il-problema ta’ l-gharghar tittaffa u jekk hu possibli tigi rimedjata.

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-progress fix-xoghlijiet juri li l-Gvern mill-kliem ghadda ghall-fatti rigward din il-problema ta’ l-gharghar fil-Marsa, Hal-Qormi u f’Burmarrad. L-ispiza fuq dawn il-progetti se taqbez ’l fuq minn miljun Lira Maltin li minnhom madwar Lm450,000 inghataw lil Malta mill-Fond tas-Solidarjeta’ ta’ l-UE.

Il-Ministru Ninu Zammit qal ukoll li t-Taqsima tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura nvesta f’aktar minn Lm22,000 f’apparat u taghmir protettiv ghal haddiema bejn Gunju 2003 u Mejju 2004.

Huwa spjega wkoll kif fl-ahhar sitt xhur, id-Dipartiment tas-Sahha u Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol ghamel iktar minn sittin spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni u nghataw 38 lezzjoni lill-aktar minn 700 haddiem li attendew. Hu tenna wkoll li d-Divizjoni tax-Xoghlijiet regolarment tikkonsulta lill-Awtorita’ tas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol, kemm fuq xiri ta’ makkinarju gdid kif ukoll fuq apparat li jkun se jintuza mill-haddiema nfushom, dan sabiex kull ma jinxtara jkun ta’ l-oghla kwalita’ u fuq standards stabbiliti.

Fl-ahharnett il-Ministru Ninu Zammit enfasizza l-fatt li filwaqt li l-Gvern ghaddej b’hidma kontinwa sabiex jutilizza l-massimu mir-rizorsi umani li hu ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu, qed jinvesti f’apparat u makkinarju modern sabiex filwaqt li l-haddiema jkunu attrezzati bl-ahjar mod, tigi mharsa wkoll is-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Dan jixduh id-diversi korsijiet li jigu organizzati mill-BICC li jwasslu sabiex tinghata s-Safety Card lill-haddiema li jsegwu korsijiet simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow