RISTRUTTURAZZJONI TA’ L-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li wara ħames snin mindu twaqqfet l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wasal iż-żmien li jkun hemm awditjar dwar il-qafas operattiv u r-ristrutturar ta’ l-istess awtorità. Hu qal li jeħtieġ naraw x’wettaqna, fejn wasalna u x’nistgħu nagħmlu aktar u aħjar.
Francis Zammit Dimech kien qed jitkellem mal-‘media’, dwar ezercizzju dwar l-operat u r-ristrutturar ta’ l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu. Huwa qal li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu waqqfet Strategy Group biex tistħarreġ dan il-proġett ta’ awditjar. Il-Grupp kien imexxi minn Chris Grech, Chairman tal-MTA u kien jikkonsisti minn George Micallef, Sam Mifsud u Winston J. Zahra.
Francis Zammit Dimech qal l-kumpannija Deloitte & Touche ġiet inkariġata li twettaq eżerċizzju dettaljat tal-qafas ta’ l-operat kurrenti ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu bil-ħsieb li fejn meħtieġ ikunu ristrutturati l-attivitajiet biex ikun hemm valur aħjar għan-nefqa, biex nassiguraw it-trasparenza u l-effiċjenza. Wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet għal titjib Deloitte & Touche jridu jgħinu lill-Awtorità fl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dan l-eżerċizzju inqasam fi tliet fażijiet distinti
· Analiżi tax-xenarju kurrenti fl-MTA;
· Rakkomandazzjonijiet għal titjib; u
· Għajnuna lill-Awtorità fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li billi dan l-eżerċizzju hu wieħed urġenti ġie propost time frame għall-ewwel u t-tieni fażijiet. Kien mistenni li Deloitte & Touche jippreżentaw l-ewwel abbozz tar-rapport tagħhom sa l-aħħar ta’ Settembru.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minħabba l-urġenza ta’ dan l-istudju Deloitte & Toucheħatru lil Raphael Aloisio biex jikkoordina l-proġett. Miegħu se jaħdmu Nick Captur, espert dwar is-settur turistiku; Steve Cachia, system procedures andcontrols; Stephen Paris u Sarah Curmi, financial analysis and controls u Marc Jaccarini, Riżorsi Umani.
Il-Ministru għat-Turżimu u Kultura qal li f’dinja fejn il-kompetizzjoni hi waħda qawwija kien mistenni li jkun hemm tibdil mhux biss fl-istrateġija li biha mmexxu s-settur turistiku, iżda anke fost il-komponenti ta’ dawk li jmexxu l-istess strateġija. Hu qal li ried jawgura lil kull min se jagħti sehmu biex isir dan ir-rapport u l-implimentazzjoni tiegħu.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li minn studju li wettqu l-World Travel & Tourism Council jirriżulta li l-Gvern Malti – fost il-pajjiżi membri ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea – hu l-iktar li jonfoq għas-settur tat-turiżmu u l-ivvjaġġar. Skond dan l-istess rapport – bħala perċentwali tal-konsum totali tal-Gvern – il-Gvern Malti jonfoq kważi d-doppju ta’ l-average ta’ l-UE. Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-settur turistiku kien wieħed mill-aktar importanti ta’ l-ekonomija ta’ pajjiżna u li għalhekk konna qed nagħmlu minn kollox biex insostnuh u nkabbruh.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en