Left arrow Mur Lura

IL-MIRI STRATEGICI TAL-POLITIKA BARRANIJA MALTIJA

PR1224
Date Icon 27/07/2004

Bejn it-Tlieta 27 u l-Erbgha 28 ta’ Lulju, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Michael Frendo se jlaqqa’ konferenza ta’ jumejn fis-Sala Gorg Borg Olivier tal-Ministeru ta’ l-Affarjiet Barranin, fejn se jkunu diskussi l-miri strategici tal-Politika Barranija Maltija. Din hija l-ewwel darba, f’cirkostanzi politici godda wara li Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea, li qed isir ezercizzju ta’ dan it-tip.  

Fil-Konferenza se jippartecipaw l-Ambaxxaturi Maltin residenti barra l-pajjiz flimkien ma’ l-oghla ufficjali tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Din hija l-ewwel fazi minn process ta’ diskussjoni li se jinkludi ghadd ta’ setturi mis-socjeta’ civili.  

L-iskop ta’ din il-Konferenza, li se titmexxa mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin stess, hu li fost ohrajn tiddiskuti kif Malta, gzira Stat ta’ 400,000 ruh f’nofs il-Mediterran, membru ta’ l-Unjoni Ewropea, tista’ zzid ir-relevanza politika taghha u kif tista’ tbiddel din ir-relevanza politika f’prosperita’ u sigurta’ ghall-poplu taghha.  

Il-Konferenza se tiddiskuti wkoll kif Malta , permezz tal-politika barranija taghha, tista’ tistimula tkabbir ekonomiku u tigbed investiment barrani gdid lejn pajjizna. Id-diskussjoni ghandha tevalwa wkoll liema huma l-fatturi li jistghu jikkondizzjonaw il-politika barranija Maltija kif ukoll l-aspett kulturali f’din il-politika.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow