IL-MIRI STRATEGICI TAL-POLITIKA BARRANIJA MALTIJA
Bejn it-Tlieta 27 u l-Erbgha 28 ta’ Lulju, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Michael Frendo se jlaqqa’ konferenza ta’ jumejn fis-Sala Gorg Borg Olivier tal-Ministeru ta’ l-Affarjiet Barranin, fejn se jkunu diskussi l-miri strategici tal-Politika Barranija Maltija. Din hija l-ewwel darba, f’cirkostanzi politici godda wara li Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea, li qed isir ezercizzju ta’ dan it-tip.
Fil-Konferenza se jippartecipaw l-Ambaxxaturi Maltin residenti barra l-pajjiz flimkien ma’ l-oghla ufficjali tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Din hija l-ewwel fazi minn process ta’ diskussjoni li se jinkludi ghadd ta’ setturi mis-socjeta’ civili.
L-iskop ta’ din il-Konferenza, li se titmexxa mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin stess, hu li fost ohrajn tiddiskuti kif Malta, gzira Stat ta’ 400,000 ruh f’nofs il-Mediterran, membru ta’ l-Unjoni Ewropea, tista’ zzid ir-relevanza politika taghha u kif tista’ tbiddel din ir-relevanza politika f’prosperita’ u sigurta’ ghall-poplu taghha.
Il-Konferenza se tiddiskuti wkoll kif Malta , permezz tal-politika barranija taghha, tista’ tistimula tkabbir ekonomiku u tigbed investiment barrani gdid lejn pajjizna. Id-diskussjoni ghandha tevalwa wkoll liema huma l-fatturi li jistghu jikkondizzjonaw il-politika barranija Maltija kif ukoll l-aspett kulturali f’din il-politika.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en