KORS TA' KOMPETENZA FL-GHARBI
"Ma nistghux nilhqu l-ambizzjoni taghna li nkunu verament pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq jekk mhux se jkollna bizzejjed nies f'oqsma differenti, partikolarment fis-settur pubbliku li ghandhom kompetenza fl-gharbi mitkellem u miktub." Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea waqt konferenza stampa fejn tkellem dwar kors li jwassal ghal Diploma fl-Gharbi li qed jigi offrut mill-Universita' ta' Malta minn Ottubru li gej. Dan il-kors huwa miftuh kemm ghall-ufficjali pubblici kif ukoll ghal ohrajn li gejjin mis-settur privat.
Il-Kors hu mfassal apposta b'sitwazzjonijiet u vokabularju li jghinu lil persuni mid-dinja tax-xoghol biex ikunu jistghu jikkomunikaw effettivament bl-Gharbi fix-xoghol ta' kuljum taghhom. L-applikazzjonijiet ghal dan il-kors issa nfethu u min hu interessat ghandu sa l-ahhar ta' Awissu biex japplika. Il-kors hu wiehed full-time u l-haddiema tac-Civil li jaghzlu li jehduh se jithallew jitilqu mill-post tax-xoghol taghhom ghal jumejn shah fil-gimgha biex ikunu jistghu jattendu ghal-lezzjonijiet.
Waqt il-konferenza stampa Louis Galea heggeg lil kull min hu nteressat u partikolarment lill-haddiema tac-Civil biex jiehu dan il-kors kemm ghax jaqblilhom imma wkoll ghax il-gvern qed joffri dan il-kors b'xejn u fil-kaz tal-haddiema tieghu qed jaghtihom l-opportunita' jaghmlu dan il-kors waqt il-hinijiet tax-xoghol.
Louis Galea tkellem dwar l-importanza tal-lingwa Gharbija ghall-poplu Malti li jinsab f'pozizzjoni eccellenti geografikament u politikament li jservi ta' pont bejn it-tramuntana u n-nofs in-nhar tal-Mediterran. Hu qal li ghalkemm ilna nitkellmu dwar il-bzonn ta' dan, dejjem sibna diffikulta' nsibu bizzejjed nies kompetenti fl-Gharbi biex inkunu nistghu noholqu rabtiet u shubija f'oqsma differenti.
"Issa li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea ghandna bahar ta' opportunitajiet li minnhom pajjizna jista jaghmel uzu ahjar minnhom specjalment jekk inharsu l-isfel lejn il-pajjizi Gharab. Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea issa hemm madwar 400 miljun ruh, fil-pajjizi Gharab hemm aktar minn 250 miljun ruh f'21 pajjiz. L-Gharbi huwa wkoll il-lingwa li juzaw dawk li jsegwu r-religjon ta' l-Islam li madwar id-dinja jghoddu aktar minn biljun ruh. F'dan il-kuntest jidher car li pajjizna ghandu hafna x'jiggwadanja jekk ikollu numru ta' persuni b'kompetenza fil-lingwa Gharbija"
Louis Galea sostna li ghalkemm il-Gvern hu kommess li jippromwovi it-taghlim tal-lingwa u l-kultura Gharbija fl-livelli differenti, jemmen li biex ma jergax jigri dak li gara fl-1975 meta l-Gharbi ddahhal bhala suggett obbligatorju, hemm bzonn li min jidhol ghal korsijiet bhal dawn jaghmel hekk b'konvinzjoni u mhux ghax ikun obbligat.
Ufficjali Pubblici li jixtiequ jsegwu l-kors huma mheggin jimlew applikazzjoni mibghuta lilhom mill-Istaff Development Organisation jew icemplu lill-istess organizzazzjoni f'kaz ta' diffikultà. Persuni ohrajn li jixtiequ japplikaw ghall-kors jistghu jaghmlu dan sal-31 ta' Awissu. F'kaz ta' diffikultà jew aktar taghrif wiehed jistà jcempel lill-uffìcjal inkarigat fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol fuq 21 245389 jew 7943 0666.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en