Left arrow Mur Lura

IL-VERITA’ DWAR IC-CANGA

PR1220
Date Icon 28/07/2004

Il-kampanja li għaddejja biha l-media li tappoggja lill-Partit ta’ l-Oppozizzjoni  dwar iċ-ċanga hija kontinwazzjoni tal-kampanja ta’ miżinformazzjoni li mexxa il-partit ta’ l-oppozizzjoni fl-aħħar xhur.

Il-verita’ dwar il-qaghda tac-canga f’pajjizna hija ghal kollox differenti minn dak li qed tghid l-oppozizzjoni.   Dan hu kkonfermat mill-fatt li kien il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni nnifsu li fil-jiem ta’ qabel l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, qal li l-prezz taċ-ċanga ser jogħla b’90 fil-mija fuq il-prezz ta’ qabel.  Issa l-media tal-Oppozizzjoni stess qed jgħid li l-prezz għola b’55ċ.  

Bis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-importaturi lokali applikaw regolarment ghal kwota ghall-importazzjoni tac-canga mill-Unjoni Ewropea b’rata preferenzjali.  F’dan il-kuntest Malta , flimkien ma’ pajjizi ohra, vvutat favur regolament gdid tal-Kummissjoni Ewropea li se jivvantaggja lill-operaturi zghar, fosthom dawk Maltin u Ghawdxin fis-settur tac-canga ffrizata.   

Il-Gvern alloka wkoll is-somma ta’ €800,000 ghall-perjodu bejn Mejju u Dicembru ta’ din is-sena, bhala sussidju biex tillimita z-zidiet fil-prezzijiet tac-canga li ma tkunx impurtata bir-rati preferenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea.  Din l-allokazzjoni tqassmet skond l-applikazzjonijiet li ntlaqghu mill-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.  

Fatt importanti iehor hu li f’Marzu li ghadda, l-Gvern illiberalizza l-importazzjoni tac-canga ffrizata mill-Amerika t’Isfel u dan wassal biex sa’ l-ahhar t’April kienet impurtata provvista ta’ canga bi prezz kompettitiv.   

L-ghajnuna tal-Gvern lis-settur tac-canga ma tieqafx hawn.  Fil-bidu ta’ din is-sena, l-Kabinett approva skema ta’ ghajnuna, l-Enhanced Livestock Premium Scheme, ghall-produtturi lokali tac-canga.  Fi zmien qasir se jinghataw ukoll dettalji dwar skema gdida ta’ ghajnuna li qed tinghata taht il-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Ta’ min ifakkar dwar dak li kienet lesta taccetta l-oppozizzjoni bhala alternattiva ghal shubija fl-Unjoni Ewropea.  Il-proposta ta’ partnership li ried il-Partit ta’ l-oppozizzjoni  kienet twassal biex is-suq ikun liberalizzat, minghajr ma tinghata ebda ghajnuna lill-produtturi u operaturi lokali.   

Mill-banda l-ohra, il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jghin biex settur tant importanti bhal ma hu dak tac-canga, jibqa’ jizviluppa u dan fl-ahjar interess tal-produtturi, importaturi u konsumaturi Maltin u Ghawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow