SISTEMA GDIDA GHALL-IMMANIGGJAR TA' L-INFORMAZZJONI FL-MCAST
Il-Kullegg Vokazzjonali l-MCAST ghazel lill-ADS System Limited biex tohloq sistema ta' informazzjoni bil-kompjuter ghall-Kullegg kollu.
L-iskop ewlieni tas-sistema hi li l-informazzjoni kollha li hi mehtiega ghal tmexxija effettiva tal-Kulegg, tkun accessibbli minn kull sit li ghandu l-Kullegg kemm f'Malta kif ukoll f'Ghawdex. B'hekk min imexxi l-Istituti tal-Kullegg ikun jista jahdem b'aktar efficjenza u l-informazzjoni tkun il-hin kollu aggornata. Is-sistema, li se tahdem minghajr fili kienet installata fis-siti li l-kullegg ghandu f'Malta - Rahal il-Gdid, Kakara, Naxxar, Mosta, Msida, Sliema, Luqa, u f' Ghawdex - Xewkija u Xaghra. Permezz ta' din is-sistema l-istudenti se jkunu jistghu jiksbu informazzjoni aggornata dwar il-progress li jkunu qed jaghmlu fl-edukazzjoni vokazzjonali taghhom, dwar l-attendenza u dwar affarijiet ohrajn li ghandhom x'jaqsmu ma' l-istudenti taghhom.
Waqt it-tnedija tas-sistema il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qal li l-MCAST issa kiber gmielhu, b'disa Istituti u Centru f'Ghawdex, u b'aktar minn 3,500 student. Il-Kullegg hu mistenni jkompli jikber u jizviluppa s-sena d-diehla u fis-snin li gejjin. Hu ghalhekk li sistema bhal din li tghaqqad id-diversi Istituti tal-Kullegg u tohloq xibka ta' komunikazzjoni bejniethom hi essenzjali u toffri opportunita' ta' zvilupp u titjib fil-mod kif jahdem il-Kullegg. Louis Galea qal li din is-sistema se tghin ukoll biex tithaddem is-sistema l-gdida ta' credits li se jinghataw lill-istudenti l-godda ghall-partecipazzjoni taghhom f'attivitajiet extra-kurrikulari li jridu jaghmlu bhala parti mill-programm edukattiv taghhom minn Settembru li gej.
Fost affarijiet ohra is-sistema se tinkludi: - Informazzjoni dwar l-istudenti - Informazzjoni dwar il-progress ta' l-istudenti - Immaniggjar tal-korsijiet - Immaniggjar tar-rizorsi - Immaniggjar tar-rizorsi umani - Amministrazzjoni generali tal-Kullegg
Is-sistema giet iddizinjata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. L-access ghall-informazzjoni jinghata skond il-livell tal-persuna li qed taccessa l-informazzjoni u dan biex ma jkunx hemm abbuz mill-informazzjoni li hemm fis-sistema.
Il-progett kien immexxi mill-ufficcju tad-Direttur Amministrattiv u is-sistema kienet disinjata minn programmaturi Maltin li hadu hsieb ukoll it-tahrig ta' l-istaff li se jkun qed juza s-sistema
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en