IMNEDIJA L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR T-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI, 2004 -2006
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, u l-Ministru għall-Investiment, l-Industrija u t-teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt ippubblikaw il-viżjoni tal-Gvern għal Malta għal fejn għandna nkunu tlett snin oħra fil-qasam tat-teknoloġiji tal-kommunikazzjoni u l-informazzjoni. Din il-viżjoni hija kumplimentata minn pjan t’azzjoni b’oġġettivi dettaljati u b’sensiela ta’ inizjattivi u programmi li ser jgħinu lil Malta tilħaq dik il-viżjoni.
L-istrateġija tat-teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għat-tliet snin li ġejjin hija mnebbħa mill-viżjoni tal-Gvern li sas-sena-2006, Malta se tkun waħda mis-soċjetajiet ewropej u mediterranji ta’ l-informazzjoni l-aktar żviluppati għax se tuża t-teknoloġiji biex ittejbu l-kwalità ta’ ħajjet il-maltin u jgħinu fit-tkabbir ekonomiku.
Kemm il-Prim Ministru kif ukoll l-Ministru Austin Gatt spjegaw li din l-istrateġija hija l-frott ta’ proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni li sar wara li twaqqafl-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni (NISCO) li kien jinkludi l-membri tas-soċjetà Ċivili (KNPD, KSU, Kunsill tan-Nisa, eċċ), Unions, l-industrija (FOI, eċċ), l-industrija tat-teknoloġiji (Vodafone, Melita, isps, eċċ), Partiti Politiċi (PN, MLP, AD) u l-Gvern (Ministeri, eċċ). Wara li saret analiżi ta’ x’irnexxielna niksbu fit-tlett snin ta’ qabel (2000-2003) meta beda l-proġett emalta, flimkien bnejna strateġija ghat-tlett snin li qegħdin fihom. Din l-istrateġija tinkludi ideat mis-setturi kollha.
Il-Prim Ministru fisser l-aktar aspett importanti f’din l-istrateġija hija li dak li ġie mfassal jinkludi m’hix biss dak li se jagħmel il-Gvern, iżda programm nazzjonali li jrid jimplimentah il-pajjiż kollu.
Il-Ministru Gatt spjega li din l-istrateġija tinkludi diversi oqsma ta’ ħidma li jrid isir x-xogħol fihom. Dawn jinkludu ħidma li għandha tkompli tegħleb il-firda diġitali. Ix-xogħol li nbeda tlett snin ilu biex inħajru aktar nies ma jibżgħux jużaw il-kompjuter u l-Internet tagħna riżultati impressjonanti. Illum il-Maltin huma fost l-aktar Ewropej li jużaw it-teknoloġiji: fuq ix-xogħol, id-dar, biex jiddevertu. Fit-tliet snin li ġejjin ser inkunu qed norganizzaw programm wieħed li l-għan tiegħu jkun li mill-livell politiku mmexxu sforz nazzjonali biex neqirdu l-firda diġitali. L-għan tagħna huwa li sa tlett snin oħra tlett kwarti tad-djar Maltin ikollhom l-internet.
Fis-settur edukattiv irridu li kulħadd (m’hux biss min jispeċjalizza) jkollu t-teknoloġiji mdaħħla fil-programm edukattiv sħiħ li jgħaddi minnu. Irridu wkoll li jkollna numru konsistenti ta’ speċjalisti ġodda fil-qasam tat-teknoloġiji. Qed nimmiraw li sa tlett snin oħra irridu li jkollna strutturi li jħejju 500 speċjalist ġdid kull sena li jkun preparat isieħeb l-industrija teknoloġika.
Il-Ministru Gatt enfasizza li l-istrateġija li qed inniedu mhijex mibnija mawar il-magni, iżda hija mibnija madwar kif t-teknoloġija jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en