Left arrow Go Back

XOGHLIJIET ARTISTICI TA’ MARCO BRAUN

PR1205
Date Icon 22/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura,  l-Onor  Francis Zammit Dimech, nieda xogħlijiet artistiċi ta’ Marco Braun li aktar tard dan ix-xahar se jkunu esebiti f’Malta. Ix-xogħlijiet qed jintwerew bhalissa  fi Christopher’s Restaurant, Ta’ Xbiex.

Marco Braun hu ta’ dixxendenza Maltija.  Għal disa’ snin għex Pariġi fejn kien diġa beda bix-xogħol tal-pittura. Erba’ snin ilu ġie jgħix f’Malta fejn iddeċieda li jagħmel mill-pittura karriera artistika. Is-sena li għaddiet tella’ l-ewwel wirja tiegħu fl-Iskozja filwaqt li f’Settembru li ġej se jieħu parti f’wirja ta’ l-arti organizzata mill-Ambaxxata Maltija f’Pariġi.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna għaddej minn rinaxximent kulturali qawwi u li wirjiet bħal din kienu juru l-interess dejjem jikber li hawn  għall-arti. Hu żied li jieħu pjaċir jara wirja bħal din tittella’ f’ambjent turistiku, għax permezz tal-kultura u l-arti nistgħu wkoll nkattru aktar l-industja tat-turiżmu f’pajjiżna. Hu feraħ lil Marco Braun għall-ħiliet artistiċi tiegħu u awguralu kull suċċess fil-karriera ġdida li qed isegwi.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow