INTERRUZZJONI FIS-SERVIZZ TA’ KOMMUNIKAZZJONI FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX
PR1201
21/07/2004
Minħabba xogħol ta’ immodernizzar fuq is-sistema ta’ kommunikazzjoni fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, is-servizz tan-numru tat-telefon 21561600 ser jiġi nterrott bejn is-2.00 p.m. u t-3.00 p.m. ta’ nhar is-Sibt 24 ta’ Lulju. Is-servizz tan-numru tat-telefon 112 (Emerġenza) jibqa’ jingħata mingħajr ebda nterruzzjoni.
Il-pubbliku qed jiġi mitlub sabiex ma jagħmilx użu min-numru 21561600 għal dan il-ħin limitat, wara liema s-sistema ta’ kommunikazzjoni terġa’ lura għan-normal.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en