Left arrow Mur Lura

JITLESTA IL-PROGETT TA’ TISBIH TAL-BAJJA TA’ SAN TUMAS - PROGETT B’INVESTIMENT TA’ LM45,000

PR1200
Date Icon 21/07/2004

Il-Progett ta’ tisbih u titjieb fil-bajja u l-moll ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn tlesta bhalma kien ippjanat, biex eventwalment din il-bajja issa qed titgawda mill-pubbliku matul ix-xhur tas-Sajf.

Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit, waqt żjara li ghamel fuq dan il-progett fejn seta` jara dawn ix-xoghlijiet. It-tisbih tal-bajja ta’ San Tumas sar kollu mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet Pubblici fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura. L-ghan principali ta’ dan il-progett kien li jsir titjieb ġenerali u tinghata dehra mill-iktar moderna għal din il-bajja fin-naha t’isfel ta’ Malta, li hija ferm popolari u frekwentata mhux biss mill-Maltin izda wkoll mill-barranin.

L-investiment totali f’din il-bajja lahhaq mal-Lm45,000 li jinkludi wkoll il-pagi tal-haddiema.  

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan il-proġett ta’ tisbih tad-dehra generali tal-Promenade tal-bajja ta’ San Tumas inkluda xoghlijiet bhal pavimentar, xoghol ta’ dekorazzjoni u xoghol strutturali iehor. Fuq dan il-progett sar pavimentar estensiv ta’ madwar 1,600 metru kwadru liema xoghlijiet ta’ pavimentar kienu maqsuma fuq zewg fazijiet.  

Xoghol iehor fuq dan il-progett kien jinkludi l-bini ta’ Wave Deflector li nbena fuq in-naha tal-moll, bil-ghan li din il-parti tal-bajja issa tista’ tintuza wkoll mis-sajjieda. Gew impoggija wkoll numru ta’ bollards, kif ukoll sottobank. Fuq dan il-progett kien ukoll installat railing li ghaqqad u sebbah dan il-Promenade. Flimkien ma’ dan it-tisbih, b’ko-ordinazzjoni mal-Ministeru tat-Toroq u Zvilupp Urban se tigi asfaltata parti mit-triq tal-bajja.  

Waqt li kien qed jindirizza lill-gurnalisti prezenti, l-Ministru Ninu Zammit habbar li bhala rieda tal-Gvern li jaghti l-importanza neccessarja lin-naha t’isfel ta’ Malta, beda x-xoghol ta’ tisbih tal-pjazza Paolino Vassallo f’Bormla, wasal biex jintemm it-tisbih fil-pjazza ta’ Hal-Safi u ghaddejjin l-ahhar preparamenti sabiex f’Ottubru jibda x-xoghol ta’ tisbih fil-bajja tax-Xghajra.  

Huwa kompla billi stqarr li tul din l-ahhar sena l-Gvern investa f’diversi progetti ta’ tisbih f’zoni turistici. L-ghan ewlieni ta’ dawn ix-xoghlijiet huwa li zoni turistici u centri tal-lokalitajiet jinghataw dehra attraenti u moderna li tikkumplimenta mal-madwar u fl-istess hin tissebbah iz-zona.  

Il-Perit Ninu Zammit tenna li l-Gvern prezenti ghaddej b’riformi f’kull qasam sabiex tonqos l-ispiza u tizdied l-efficjenza. Hu qal li l-progetti li qed jitwettqu ma’ hafna xoghlijiet ohra jixhdu dan, ghaliex ghalkemm il-Ministeru bhalissa qed iwettaq numru sostanzjali ta’ progetti ta’ tisbih, qieghed ukoll inaqqas l-ispiza billi jnaqqas il-hela u jzied il-produttivita`. Biex isehh dan, il-Ministeru qieghed juza b’mod iktar frekwenti ir-rizorsi umani u l-makkinarji disponibbli,  kif qed isehh fuq dawn il-progetti principali, fejn it-total ta’ haddiema nvoluti huwa ta’ madwar 50.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow