JITLESTA IL-PROGETT TA’ TISBIH TAL-BAJJA TA’ SAN TUMAS - PROGETT B’INVESTIMENT TA’ LM45,000
Il-Progett ta’ tisbih u titjieb fil-bajja u l-moll ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn tlesta bhalma kien ippjanat, biex eventwalment din il-bajja issa qed titgawda mill-pubbliku matul ix-xhur tas-Sajf.
Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit, waqt żjara li ghamel fuq dan il-progett fejn seta` jara dawn ix-xoghlijiet. It-tisbih tal-bajja ta’ San Tumas sar kollu mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet Pubblici fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura. L-ghan principali ta’ dan il-progett kien li jsir titjieb ġenerali u tinghata dehra mill-iktar moderna għal din il-bajja fin-naha t’isfel ta’ Malta, li hija ferm popolari u frekwentata mhux biss mill-Maltin izda wkoll mill-barranin.
L-investiment totali f’din il-bajja lahhaq mal-Lm45,000 li jinkludi wkoll il-pagi tal-haddiema.
Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan il-proġett ta’ tisbih tad-dehra generali tal-Promenade tal-bajja ta’ San Tumas inkluda xoghlijiet bhal pavimentar, xoghol ta’ dekorazzjoni u xoghol strutturali iehor. Fuq dan il-progett sar pavimentar estensiv ta’ madwar 1,600 metru kwadru liema xoghlijiet ta’ pavimentar kienu maqsuma fuq zewg fazijiet.
Xoghol iehor fuq dan il-progett kien jinkludi l-bini ta’ Wave Deflector li nbena fuq in-naha tal-moll, bil-ghan li din il-parti tal-bajja issa tista’ tintuza wkoll mis-sajjieda. Gew impoggija wkoll numru ta’ bollards, kif ukoll sottobank. Fuq dan il-progett kien ukoll installat railing li ghaqqad u sebbah dan il-Promenade. Flimkien ma’ dan it-tisbih, b’ko-ordinazzjoni mal-Ministeru tat-Toroq u Zvilupp Urban se tigi asfaltata parti mit-triq tal-bajja.
Waqt li kien qed jindirizza lill-gurnalisti prezenti, l-Ministru Ninu Zammit habbar li bhala rieda tal-Gvern li jaghti l-importanza neccessarja lin-naha t’isfel ta’ Malta, beda x-xoghol ta’ tisbih tal-pjazza Paolino Vassallo f’Bormla, wasal biex jintemm it-tisbih fil-pjazza ta’ Hal-Safi u ghaddejjin l-ahhar preparamenti sabiex f’Ottubru jibda x-xoghol ta’ tisbih fil-bajja tax-Xghajra.
Huwa kompla billi stqarr li tul din l-ahhar sena l-Gvern investa f’diversi progetti ta’ tisbih f’zoni turistici. L-ghan ewlieni ta’ dawn ix-xoghlijiet huwa li zoni turistici u centri tal-lokalitajiet jinghataw dehra attraenti u moderna li tikkumplimenta mal-madwar u fl-istess hin tissebbah iz-zona.
Il-Perit Ninu Zammit tenna li l-Gvern prezenti ghaddej b’riformi f’kull qasam sabiex tonqos l-ispiza u tizdied l-efficjenza. Hu qal li l-progetti li qed jitwettqu ma’ hafna xoghlijiet ohra jixhdu dan, ghaliex ghalkemm il-Ministeru bhalissa qed iwettaq numru sostanzjali ta’ progetti ta’ tisbih, qieghed ukoll inaqqas l-ispiza billi jnaqqas il-hela u jzied il-produttivita`. Biex isehh dan, il-Ministeru qieghed juza b’mod iktar frekwenti ir-rizorsi umani u l-makkinarji disponibbli, kif qed isehh fuq dawn il-progetti principali, fejn it-total ta’ haddiema nvoluti huwa ta’ madwar 50.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en