STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTRU NINU ZAMMIT U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANS AGIUS
B’referenza ghall-allegazzjoni li saret f’sezzjoni ta’ l-istampa fejn inghad li l-Ministru Ninu Zammit inganna lill-bdiewa permezz ta’ ittra li kienu ircevew fis-17 ta’ Marzu 2003, il-Ministru Ninu Zammit flimkien mas-Segretarju Parlamentari Frans Agius jiddikjaraw dan li gej:
L-ittra li kien kiteb il-Ministru Zammit kienet tghid, “Int bhala bidwi / rahhal, kemm full-time kif ukoll part-time, ser tgawdi minnghajnuna finanzjarja ta’ Lm77 miljun kif ukoll minnprogramm ta’ Zvilupp Rurali ta’ Lm6.5 miljun kull sena mahruga bi shab mal-Unjoni Ewropea”.
Il-fuljett li nhareg dan l-ahhar mis-Segretarjat Parlamentari ghall-Agrikoltura u Sajd qed juri figuri ta’ sussidji li jinghataw fuq il-bejgh ta’ prodotti li jsir fil-pitkalija. Dan ghalhekk huwa parti mill- figuri totali li kien semma il-Ministru Zammit fl-ittra tieghu, liema figuri kienu bbazati fuq il-programmi maghrufa bhala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture u l-Pjan ta’ Zvilupp Rurali.
Tajjeb li jinghad ukoll li dak li gie miftiehem u maqbul illum huwa parti mill-ligi ta’ l-Unjoni Ewropea u xiehda ta’ dan huma s-sussidji li l-bdiewa bdew jircievu.
Mill-introduzzjoni ta’ dawn is-sussidji minn Lulju ta’ 2002 sa April ta’ din is-sena, l-bdiewa ircevew bejn wiehed u iehor Lm 7.3 milljun f’ghajnuna finanzjarja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en