Left arrow Go Back

STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTRU NINU ZAMMIT U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANS AGIUS

PR1198
Date Icon 20/07/2004

B’referenza ghall-allegazzjoni li saret f’sezzjoni ta’ l-istampa fejn inghad li l-Ministru Ninu Zammit inganna lill-bdiewa permezz ta’ ittra li kienu ircevew fis-17 ta’ Marzu 2003, il-Ministru Ninu Zammit flimkien mas-Segretarju Parlamentari Frans Agius jiddikjaraw dan li gej:  

L-ittra li kien kiteb il-Ministru Zammit kienet tghid, “Int bhala bidwi / rahhal, kemm full-time kif ukoll part-time, ser tgawdi minnghajnuna finanzjarja ta’ Lm77 miljun kif ukoll minnprogramm ta’ Zvilupp Rurali ta’ Lm6.5 miljun kull sena mahruga bi shab mal-Unjoni Ewropea”.  

Il-fuljett li nhareg dan l-ahhar mis-Segretarjat Parlamentari ghall-Agrikoltura u Sajd qed juri figuri ta’ sussidji li jinghataw fuq il-bejgh ta’ prodotti li jsir fil-pitkalija. Dan ghalhekk huwa parti mill- figuri totali li kien semma il-Ministru Zammit fl-ittra tieghu, liema figuri kienu bbazati fuq il-programmi maghrufa bhala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture u l-Pjan ta’ Zvilupp Rurali.  

Tajjeb li jinghad ukoll li dak li gie miftiehem u maqbul illum huwa parti mill-ligi ta’ l-Unjoni Ewropea u xiehda ta’ dan huma s-sussidji li l-bdiewa bdew jircievu.  

Mill-introduzzjoni ta’ dawn is-sussidji minn Lulju ta’ 2002 sa April ta’ din is-sena, l-bdiewa ircevew bejn wiehed u iehor Lm 7.3 milljun f’ghajnuna finanzjarja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow