Left arrow Mur Lura

GHAJNUNA GHALL-IZVILUPP RURALI U PROPOSTA TA' FOND GDID GHAS-SAJD

PR1197
Date Icon 20/07/2004

Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u Sajd, Dr. Francis Agius,  ha sehem fil-Laqgha tal-Kunsill tal-Ministri ghall-Biedja u s-Sajd, fejn giet diskussa r-riforma fil-Politika Komuni Agrarja (CAP) u t-twaqqif ta' Fond Gdid ghas-Sajd ghall-perjodu 2007 - 2013.

Fl-intervent tieghu fuq kif ghandha tinghata l-ghajnuna fil-qasam agrikolu Dr. Agius semma l-importanza li tkun simplifikata l-procedura tal-ghajnuna, li jkun rispettat il-principju tas-sussidjarjeta’ u li jinghataw attenzjoni partikolari l-aspetti socjali, ekonomici u ambjentali matul l-istrutturar tal-biedja.  

Il-Pjan Nazzjonali ghall-Izvilupp Rurali jipprovdi t-triq sabiex il-biedja ssir sostenibbli sew ekonomikament u anki mill-lat ta' ambjent. L-enfasi tas-sussidju trid tonqos (skond il-principju tal-liberalizzazzjoni) maz-zmien u timxi minn fuq il-produzzjoni ghal fuq is-sostenibbilita' u l-kompettivita'.  

Kien ukoll diskuss dokument gdid li jipproponi t-twaqqif ta' Fond ghas-Sajd. L-oggettivi ewlenin ta' dan il-Fond huma li jiffacilita r-riforma fil-politika komuni tas-Sajd biex ighin il-komunitajiet tas-sajjieda (specjalment dawk zghar), jiddiversifikaw l-ekonomija taghhom u biex jissimplifika l-mod kif tinghata l-ghajnuna.  

Is-Segretarju Parlamentari ghall-Biedja u s-Sajd Dr. Agius ha sehem ukoll fid-diskussjoni dwar ir-riforma fir-regim tas-sussidju taz-zokkor, tar-ross, l-ftehim li jrid jintlahaq sa Settembru fuq is-Servizz Veterinarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja u l-koperazzjoni bejn dawk li jipprovdu l-fondi ghar-ricerka fl-agrikoltura madwar l-Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow