Left arrow Go Back

JINGHATAW TENDERS GĦAL XOGĦLIJIET FUQ TOROQ F’ŻONI INDUSTRIJALI U L-BYPASS TAL-IMTARFA

PR1192
Date Icon 19/07/2004

Id-Direttorat tat-Toroq fi ħdan l-Awtorita dwar it-Trasport għadu kemm temm il-proċess t’aġġudikazzjoni għal xogħlijiet fuq toroq f’żewġ żoni industrijali u l-bypass tal-Imtarfa. Il-valur totali ta’ dawn it-tenders jaqbez il-Lm1 miljun. 

Ix-xogħol aġġudikat f’dawn it-tenders mistenni jibda dalwaqt u ser isir waqt li jkun għaddej ix-xogħol fuq numru ta’ toroq arterjali u distributorji li qed jinqalgħu mill-qiegħ u jinbnew mill-ġdid, bejn Tarġa Gap u Ħal-Luqa, liema xogħol qed ikun iffinanzjat mill-Ħames Protokol finanzjarju bejn Malta u l-Italja.  

Ix-xogħlijiet li ser isiru fiż-żoni industrijali tal-Mosta u l-Imrieħel jinkludu l-bini ta’ passaġġi, il-pedamenti u l-wiċċ tat-triq. Dan il-proġett mistenni jtejjeb il-moviment tal-vetturi kummerċjali f’dawn iż-żoni u jtejjeb il-kundizzjoni tax-xogħol tal-ħaddiema mpjegati mal-fabbriki u l-intrapriżi kummerċjali li joperaw minnhom.  

Id-Direttorat tat-Toroq diġa kkordina x-xogħol mal-kumpanniji tas-servizzi biex is-servizzi jiġu mgħoddija fil-ġenb tat-triq jew taħt il-bankini. Għal dan l-għan, ser jinbnew numru ta’ services culverts biex xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-servizzi jkun jista’ jsir mingħajr ma ssir ħsara lill-wiċċ tat-triq. Proġetti simili kienu saru fil-passat fil-parti ta’ fuq taż-żona industrijali tal-Mrieħel, f’tal-Ħandaq u Ħaż-Żebbuġ.  

Wieħed mill-fatturi li ngħataw importanza waqt id-diżinn ta’ dawn it-toroq kienet l-inklużjoni ta’ sistema għall-immaniġġjar tax-xita biex ma ssirx ħsara lill-wiċċ tat-triq. Għal dan l-għan ser jitqiegħed network ta’ pajpijiet ta’ dijametru li jiflaħ l-ilma kollu li jinġabar f’dawn l-inħawi.  

It-toroq li ser jerġgħu jinbnew fiż-Żona Industrijali tal-Mosta jinkludu Triq il-Ballut, Triq iż-Żnuber, Triq il-Kappar, Triq l-Għarghar, Triq il-Parsott, partijiet minn Triq il-Fortizza, Triq Nikol Muscat, Triq Filippu Apap Bologna u Triq tas-Sriedaq.  

Il-proġett fiż-żona industrijali tal-iMrieħel hu magħmul mill-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Industrija, Triq il-Kummerċ, Triq il-Ħaddieda, Triq is-Snajja, Triq il-Bankiera, Triq is-Salib and Triq l-Għajn.  

B’kollox b’dawn il-proġetti ser jingħataw mal-35,000 metru kwadru ta’ tarmac.  

Intant ingħata tender ieħor għall-aħħar fażi fil-bini tal-bypass tal-Imtarfa. Ix-xogħol f’din it-triq ser ikompli bl-għoti tat-tarmac lin-naħa li tagħti lejn ir-Rabat.    

It-tlestija ta’ din it-triq arterjali hija marbuta max-xogħlijiet iffinanzjati mill-Protokol Taljani li qed isiru fuq toroq oħra f’din in-naħa ta’ Malta, minħabba li ser tintuża fil-pjan għat-treġija tat-traffiku meta x-xogħol jasal fiż-żona taċ-Ċimiterju Militari tal-Mtarfa.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow