IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN JAGHMEL L-EWWEL ZJARA BILATERALI TIEGHU FIL-LIBJA
Dr. Michael Frendo, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, qed jghamel zjara ta’ jumejn fil-Libja b’laqghat ma’ l-Eccelenza Tieghu Suleiman Al-Shahoumi, Segretarju Generali ghall-Affarijiet Barranin tal-Kungress Generali tal-Poplu u ma’ l-Eccellenza Tieghu Abdul Rahman Shalgami, Segretarju Generali tal-Kumitat tal-Poplu ghall-Kooperazzjoni Internazzjonali.
F’dawn il-laqghat, is-suggetti ta’ diskussjoni bejn iz-zewg nahat, jittrattaw materji ta’ interess bilaterali ghal Malta u l-Libja. Il-Ministru ta’ l-Affarjiet Barranin enfasizza li din iz-zjara tixhed l-impenn ta’ Malta li tkompli ssahhah ir-relazzjonijiet tajbin bejn iz-zewg pajjizi.
Waqt din iz-zjara, il-Ministru Frendo qieghed jiltaqa’ wkoll mal-komunita’ Maltija li tghix fil-Libja filwaqt li llum filghaxija, il-Ministru Frendo mistenni jinawgura showroom gdida fi Tripli li saret minn investituri Maltin bi shab ma’ ohrajn Libjani.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en