L-EKO KONTRIBUZZJONI HIJA PASS KONKRET FAVUR L-AMBJENT TA’ PAJJIZNA
L-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni tixhed l-impenn tal-Gvern li jinvesti favur l-ambjent ta’ pajjizna u hija wkoll azzjoni konkreta wara hafna snin ta’ kritika u dikjarazzjonijiet biss.
Bl-introduzzjoni ta’ l-eko kontribuzzjoni kif imhabbra fid-diskors tal-Budget tas-sena l-ohra, l-Gvern qed jaghmel pass iehor fit-tfassil u fit-twettiq ta’ politika ambjentali sostenibbli li tinkludi l-immaniggjar ta’ l-iskart. L-ahhar xhur wrew bic-car li l-Gvern qed izomm mal-pjan tieghu u wara l-eghluq tal-mizbliet tal-Maghtab u tal-Qortin f’Ghawdex fl-ahhar t’April li ghadda, beda wkoll il-pjan biex dawn is-siti jkunu riabilitati.
Tajjeb infakkru li strategija ghall-immaniggjar ta’ l-iskart tiswa l-flus u ghal din is-sena biss l-ispiza mistennija tlahhaq l-Lm4 miljuni. Dan minbarra numru ta’ progetti kapitali li fis-snin li gejjin mistennija jlahhqu ghal madwar €32 miljun fit-tliet snin li gejjin.
Bl-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni, l-Gvern mhux qed ifittex li jiffinanzja n-nefqa kollha ppjanata ghal dan is-settur, imma hija biss l-ewwel pass konkret biex naslu f’punt li f’pajjizna nhaddmu l-principju li min iniggez ihallas (polluter pays principle).
Bhalma dejjem ghamel sa’ issa, il-Gvern lest li jibqa’ jisma u jiehu s-suggerimenti biex din il-mizura tithaddem ahjar u b’mod aktar effettiv, inkluz bis-suggerimenti ta’ l-ghaqdiet ambjentali. Dan intwera bic-car meta l-Gvern ha suggerimenti tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji biex titwaqqaf kummissjoni bl-iskop li ttejjeb u tiffacilita t-thaddim ta’ din il-mizura. Dawn il-konsultazzjonijiet ser jibqghu ghaddejjin ukoll fil-jiem li gejjin.
M’huwiex minnu li l-Gvern ma kienx car fuq l-introduzzjoni ta’ din il-mizura. Il-Gvern qaghad attent li din il-mizura ma zzidx il-burokrazija bla bzonn. Kif intqal diga, il-kontribuzzjoni ser tingabar permezz ta’ dikjarazzjoni li ser tigi annessa mad-denunzja tal-VAT. B’hekk mhux ser ikun hemm bzonn li jimtlew formoli zejda imma jigu indikati l-ammonti ta’ oggetti li taghhom tkun ser tingabar il-kontribuzzjoni. L-abbozz ta’ ligi ta’ l-eko kontribuzzjoni huwa pubbliku u fih hemm ir-rati li qed ikunu proposti fuq ghazla ta’ prodotti, kif ukoll id-dettalji kollha dwar kif se tithaddem il-mizura.
L-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni ma tistax tkun posposta ghaliex hija parti importanti minn programm ambizzjuz ta’ tfassil ta’ strategija ghall-immaniggjar ta’ l-iskart. Il-Gvern hu determinat li jibqa’ ghaddej bil-pjan tieghu biex il-problema tal-immaniggjar ta’ l-iskart f’pajjizna tkun indirizzata darba ghal dejjem.
Fuq kollox, bl-introduzzjoni ta’ eko kontribuzzjoni, l-Gvern qed jimmira li jasal biex johloq xejriet godda ta’ konsum, li permezz taghhom is-socjeta’ Maltija taghti kaz iktar li taghzel prodotti li jhallu l-anqas impatt negattiv possibli fuq l-ambjent ta’ madwarna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942