IX-XIRI TA’ L-AMBAXXATA MALTIJA FI BRUSSELL
B’riferenza għal xi rapporti li saru fil-media lokali dwar ix-xiri tal-propjeta’ li ser tkun magħrufa bħala ‘Dar Malta ’ fi Brussell, għandu jiġi ċċarat illi l-valur tal-propjeta’ mmobbli mixtrija huwa ta’ Lm6.5 Miljun lira.
Madankollu, il-Gvern, fil-25 ta’ Ġunju, alloka Lm9 Miljuni sabiex minbarra li tinxtara l-propjeta’ tale quale, isiru nstallazzjonijiet ta’ servizzi neċessarji flimkien ma’ xi xogħlijiet strutturali sabiex f’din il-propjeta’ jkunu jistgħu jiġu akkomodati r-Rapprezentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxata ta’ Malta għall-Beġju, kif ukoll entitajiet oħra Maltin li għandom jew li jista’ jkollhom rapprezentanza fi Brussell.
Tajjeb jiġi kjarifikat, li din il-propjeta’ mhix ser isservi bħala r-residenza tar-Rapprezentant Permanenti jew l-Ambaxxatur Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942