IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN JAGHMEL L-EWWEL ZJARA BILATERALI TIEGHU FIL-LIBJA
PR1184
16/07/2004
Dr. Michael Frendo, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, illum se jibda zjara ta’ jumejn fil-Libja fejn se jiltaqa’ ma’ l-E.T. Suleiman Al-Shahoumi, Segretarju Generali ghall-Affarijiet Barranin tal-Kungress Generali tal-Poplu kif ukoll ma’ l-E.T. Abdul Rahman Shalgami, Segretarju Generali tal-Kumitat tal-Poplu ghall-Kooperazzjoni Internazzjonali.
F’dawn il-laqghat, iz-zewg nahat mistennija jiddiskutu materji ta’ interess bilaterali ghal Malta u l-Libja. Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin enfasizza li din iz-zjara tixhed l-impenn ta’ Malta li tkompli ssahhah ir-relazzjonijiet tajbin bejn iz-zewg pajjizi.
Waqt din iz-zjara, il-Ministru Frendo se jiltaqa’ wkoll mal-komunita’ Maltija li tghix fil-Libja filwaqt li s-Sibt filghaxija, il-Ministru Frendo mistenni jinawgura showroom gdida fi Tripli li saret minn investituri Maltin bi shab ma’ ohrajn Libjani.Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en