Left arrow Go Back

WIRJA MINN STUDENTI TA’ L-MCAST

PR1183
Date Icon 16/07/2004

“Opportunitajiet fejn l-istudenti jkunu jistgħu jesibixxu t-talent u x-xogħol tagħhom huwa ta’ vantaġġ enormi għalihom għaliex dawn iżidu l-konnessjoni tad-dinja tax-xogħol ma’ l-istudju tagħhom.  Barra minn hekk, eżerċizzji bħal dawn jgħollu l-moral ta’ l-istudenti u jgħinhom jemmnu aktar fihom nfushom.”  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea, waqt il-ftuħ tal-wirja ta’ proġetti mill-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinn ta’ l-MCAST li ser tibqa’ miftuħa sal-25 ta’ Lulju, 2004. 

B’kollox hemm 34 proġett ta’ studenti li qed jagħmlu kors ta’ l-Edexcel BTEC/MCAST First Diploma u National Diploma in Art and Design.  Hemm interess kbir f’dawn iż-żewġ korsijiet, fil-fatt kien hemm żieda ta’ 50 fil-mija fin-numru ta’ studenti li attendew dawn il-korsijiet mis-sena l-oħra. Dan in-numru huwa mistenni li jkompli jikber fis-sena skolastika li ġejja u huwa mistenni li l-popolazzjoni kollha ta’ l-Istitut tlaħħaq it-300 student/a.  

Il-korsijiet ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinn jgħinu lill-istudenti jaħsbu b’mod prattiku, jifhmu għaliex u kif jaħdmu l-makni, jagħrfu n-natura tal-materjali li jaħdmu bihom u jifhmu r-rilevanza tat-teoriji, it-teknoloġija, il-matematika. Dan għaliex it-tagħlim li jingħata lil dawn l-istudenti huwa mhux biss teoritiku, iżda wkoll prattiku.  

Il-Ministru qal li “din is-sistema ta’ prattika imħaddma b’għaqal u b’regolarità fil-kulleġġ ta’ l-MCAST trid issir ukoll parti integrali fl-iskejjel u l-kulleġġi kollha biex l-istudenti jkollhom aktar esperjenza hands-on meta jibdew jaħdmu.” 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow