BIDU TA’ KONSULTAZZJONI WIESA’ DWAR L-OGGETTIVI STRATEGICI GHALL-POLITIKA BARRANIJA MALTIJA
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barrannin, l-Onor. Dr. Michael Frendo l-bierah habbar li l-Ministeru tieghu ta bidu ghall-process ta’ konsultazzjoni wiesa’ dwar l-oggettivi strategici tal-Politika Barranija Maltija, fil-kuntest ta’ realta’ politika gdida ta’ Malta bhala membru fl-Unjoni Ewropea. Ghal dan il-ghan, bhala l-ewwel parti ta’ dan il-process, se ssir konferenza fis-27 u t-28 ta’ Lulju, preseduta mill-Ministru Michael Frendo, ma’ l-Ambaxxaturi Maltin residenti barra kif ukoll ma’ l-oghla ufficjali tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Il-Ministru Frendo kien qed jitkellem waqt laqgha mal-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, immexxi mill-Onor. Dr. Jason Azzopardi. Din il-laqgha saret fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin wara stedina tal-Ministru Frendo lill-Kumitat. Il-Ministru esprima l-impenn tieghu lejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u lejn il-Parlament fil-hidma tieghu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika barranija.
Min-naha tieghu, l-Onor. Dr. Jason Azzopardi rringrazzja lill-Ministru Frendo ghall-istedina tieghu fil-Ministeru u qal li din hija apprezzata hafna mill-Membri kollha tal-Kumitat. L-Onor. Azzopardi qal ukoll li fil-fehma tieghu, dan huwa l-mod ta’ kif ghandha ssir il-politika, specjalment dik barranija, u jirrifletti l-ispirtu ta’ djalogu politiku mill-aktar wiesa’.
Fill-laqgha ppartecipaw ukoll l-Onor. Dr. Mario de Marco (PN), l-Onor. Evarist Bartolo (MLP) u l-Onor. Leo Brincat (MLP).
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en