Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ L-ONOR FRANCIS AGIUS IWIEGEB GHALL-KUMMENTI TAL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI

PR118
Date Icon 02/02/2004

Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Francis Agius, wara li sema l-kummenti tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u l-kelliema ewlenin ta’ l-Oppozizzjoni ta’ nhar is-Sibt li ghadda, ghar-rigward l-anzjani, ihossu fid-dover li jinforma lill-poplu bil-fatti kollha. 

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ghogbu jaghmel il-konferenza stampa tieghu, fejn kritika b’mod partikulari z-zieda minn 60% ghal 80%, quddiem ir-residenza ghall-anzjani ta’ l-Msida, liema residenza ma tintaxxax bit-80% ghax l-ebda anzjan/a ma tirrekjedi nursing care. L-anzjani li jigi ntaxxati bit-80% huma dawk l-anzjani biss li ghandhom bzonn nursing care u dawn huma dawk li jinsabu f’San Vincenz de Paule u fit-tieni livell tar-Residenza ta’ l-Imtarfa. 

Il-Kap ta’ l-Oppozizjoni kkumenta li tnaqqas il-livell ta’ l-ghejxien ta’ l-anzjani. Possibbli ma jafx il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li f’dawn l-ahhar snin sar l-akbar investiment ta’ miljuni kbar ta’ liri gewwa San Vincenz u gewwa d-djar ta’ l-anzjani tal-Gvern biex l-anzjani jkollom hajja iktar komda? Possibbli l-Kap ta’ l-Oppozizjoni ma jafx jew ghadu ma rax l-ahhar ward, ‘San Piju tal-Pjagi’, li nfetah f’Ottubru li ghadda ghandu l-iktar teknologija avanzata halli hekk kemm l-impjegati kif ukoll l-anzjani jkollom ambjent sabih biex dawn ilkoll jghixu ahjar?

L-Onor Marie Louise Coleiro ghamlet referenza li l-ikel gewwa San Vincenz ghandu jitieb. Tajjeb li wiehed jghid li waqt konferenza tal-Fondazzjoni Gusè Ellul Mercer li ghalija kien prezenti s-Segretarju Parlamentari Dr. Francis Agius u l-istess l-Onor Silvio Parnis, kien hemm kliem ta’ tifhir rigward l-ikel gewwa San Vincenz de Paule. Minkejja dan kollu s-sitwazzjoni ta’ l-ikel qed tkun ikkunsidrata sabiex dan is-servizz ikompli jitieb.  

Wiehed ma jistax jifhem kif, meta l-ewwel laqgha tal-Welfare Committee l-gdid li ser issir nhar l-Erbgha, 4 ta’ Frar 2004, l-Onor Marie Louise Coleiro digà rreferiet ghal dan il-kumitat bhala wiehed konsultattiv u li jaghti pariri biss. Dan mhu veru xejn. Lanqas li ser jonqsu l-poteri. Anzi bil-maqlub; peress li c-chairman ser ikun il-Permanent Secretary tal-Ministeru ghall-Politika Socjali dan se jkollu iktar poteri immedjati sabiex titnaqqas il-burokrazija.

Ir-rapprezentanza Parlamentari ser tibqa’ l-istess. Ir-rapprezentant fuq in-naha tal-Gvern ser ikun id-deputat Ghawdxi l-Onor Frederick Azzopardi, filwaqt li minn naha ta’ l-Oppozizjoni ser tkun l-istess Onor Marie Louise Coleiro li wiehed jistenna s-sehem attiv taghha fuq dan il-kumitat. 

Ghaldaqstant is-Segretarju Parlamentari jappella lill-Oppozizzjoni biex tkun iktar kostruttiva fil-kritika taghha u li meta jkollha proposti validi ghandha invit miftuh biex tghaddi l-proposti taghha halli naraw dak li jista’ jsir ghall gid ta’ l-anzjani taghna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow