Left arrow Mur Lura

RISPOSTA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DWAR L-ALLOKAZZJONI TA’ FONDI TAL-KUNSILLI LOKALI

PR1179
Date Icon 16/07/2004

Il-kummenti li saru mill-Kelliem tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Cardona, b’reazzjoni ghall-aggustament fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsilli Lokali, huma ingusti u ghal kollox barra minn lokhom.

Il-Gven digà ghamilha cara li dan l-aggustament jaghmel parti minn ezercizzju biex jitrazzan id-deficit.  Il-Gvern jemmen li d-deficit huwa problema nazzjonali u ghalhekk kulhadd ghandu jiehu sehem fl-ezercizzju biex dan jitnaqqas.  

Biex jigi minimizzat l-impatt finanzjarju fuq il-Kunsilli, l-aggustament fl-allokazzjoni, ser jsir billi jinzammu dawk il-flus li kienu intenzjonati ghall-e-government, u l-bqija jitnaqqsu proporzjonalment ma’ l-allokazzjoni tal-Kunsill rispettiv.  B’hekk it-tnaqqis effettiv ser jkun dak ta’ 2.4 fil-mija.  

Il-kummenti tal-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni jistonaw aktar jekk wiehed imur ftit lura fis-snin biex jara kif mexa l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista mal-Kunsilli Lokali.  Fis-sena finanzjarja 1997/1998, il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista kien naqqas l-allokazzjoni b’ Lm 1miljun.  Fis-sena ta’ wara rega’ naqqas l-allokazzjoni bi kwazi Lm400,000 ohra ghal Lm5.8 miljuni.  Grazzi ghall-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, l-allokazzjoni tal-fondi llum telghet ghal Lm10.15 miljuni, anke meta wiehed jikkunsidra l-aggustament li sar.  

Aktar minn hekk, meta l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista qata’ miljun u nofs mill-allokazzjoni, il-Kunsilli Lokali, ftit li xejn kellhom sorsi ohra minn fejn idahhlu l-flus.  Grazzi ghall-Gvern tal-lum, il-Kunsilli Lokali llum qed idahhlu madwar Lm2 miljuni addizzjonali fis-sena mis-sistema ta’ infurzar lokali, minn bye-laws, investimenti u dhul iehor bhal dak mil-licenzji u permessi.  Dan kollu grazzi ghall-politika tal-Gvern prezenti li ma thallix lill-Kunsilli dipendenti fuq l-allokazzjoni Statali, izda tinkoraggihom u taghtihom l-ghajnuna mehtiega biex jisfruttaw sorsi ohra ta’ dhul finanzjarju.  

Wiehed ma jridx jinsa wkoll li mis-sena 2003, 151 haddiem mit-Tarzna u mill-Malta Shipbuildinggew assenjati mal-Kunsilli Lokali.  Mis-sena 1999 madwar mitt haddiem iehor mit-Taqsima Xoghlijiet Pubblici bdew jigu assenjati wkoll mal-Kunsilli Lokali.  Sal-lum il-Kunsilli kienu qed igawdu mis-servizzi ta’ dawn il-haddiema minghajr ma ntalbu jhallsu centezmu.  

Il-Gvern prezenti m’ghandux ghalfejn jiddefendi l-impenn tieghu biex jghin lill-Kunsilli Lokali ghax il-fatti jitkellmu wahedhom.  Dawn il-fatti jikkuntrastaw bil-kbir ma’ Gvern li kien qaccat il-fondi tal-Kunsilli b’ghoxrin fil-mija u telaqhom ghal rihhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow