RISPOSTA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DWAR L-ALLOKAZZJONI TA’ FONDI TAL-KUNSILLI LOKALI
Il-kummenti li saru mill-Kelliem tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Cardona, b’reazzjoni ghall-aggustament fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsilli Lokali, huma ingusti u ghal kollox barra minn lokhom.
Il-Gven digà ghamilha cara li dan l-aggustament jaghmel parti minn ezercizzju biex jitrazzan id-deficit. Il-Gvern jemmen li d-deficit huwa problema nazzjonali u ghalhekk kulhadd ghandu jiehu sehem fl-ezercizzju biex dan jitnaqqas.
Biex jigi minimizzat l-impatt finanzjarju fuq il-Kunsilli, l-aggustament fl-allokazzjoni, ser jsir billi jinzammu dawk il-flus li kienu intenzjonati ghall-e-government, u l-bqija jitnaqqsu proporzjonalment ma’ l-allokazzjoni tal-Kunsill rispettiv. B’hekk it-tnaqqis effettiv ser jkun dak ta’ 2.4 fil-mija.
Il-kummenti tal-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni jistonaw aktar jekk wiehed imur ftit lura fis-snin biex jara kif mexa l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista mal-Kunsilli Lokali. Fis-sena finanzjarja 1997/1998, il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista kien naqqas l-allokazzjoni b’ Lm 1miljun. Fis-sena ta’ wara rega’ naqqas l-allokazzjoni bi kwazi Lm400,000 ohra ghal Lm5.8 miljuni. Grazzi ghall-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, l-allokazzjoni tal-fondi llum telghet ghal Lm10.15 miljuni, anke meta wiehed jikkunsidra l-aggustament li sar.
Aktar minn hekk, meta l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista qata’ miljun u nofs mill-allokazzjoni, il-Kunsilli Lokali, ftit li xejn kellhom sorsi ohra minn fejn idahhlu l-flus. Grazzi ghall-Gvern tal-lum, il-Kunsilli Lokali llum qed idahhlu madwar Lm2 miljuni addizzjonali fis-sena mis-sistema ta’ infurzar lokali, minn bye-laws, investimenti u dhul iehor bhal dak mil-licenzji u permessi. Dan kollu grazzi ghall-politika tal-Gvern prezenti li ma thallix lill-Kunsilli dipendenti fuq l-allokazzjoni Statali, izda tinkoraggihom u taghtihom l-ghajnuna mehtiega biex jisfruttaw sorsi ohra ta’ dhul finanzjarju.
Wiehed ma jridx jinsa wkoll li mis-sena 2003, 151 haddiem mit-Tarzna u mill-Malta Shipbuildinggew assenjati mal-Kunsilli Lokali. Mis-sena 1999 madwar mitt haddiem iehor mit-Taqsima Xoghlijiet Pubblici bdew jigu assenjati wkoll mal-Kunsilli Lokali. Sal-lum il-Kunsilli kienu qed igawdu mis-servizzi ta’ dawn il-haddiema minghajr ma ntalbu jhallsu centezmu.
Il-Gvern prezenti m’ghandux ghalfejn jiddefendi l-impenn tieghu biex jghin lill-Kunsilli Lokali ghax il-fatti jitkellmu wahedhom. Dawn il-fatti jikkuntrastaw bil-kbir ma’ Gvern li kien qaccat il-fondi tal-Kunsilli b’ghoxrin fil-mija u telaqhom ghal rihhom.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en