Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU ZAMMIT DIMECH JATTENDI LAQGĦA TAL-MINISTRI TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA TA’ L-UE

PR1174
Date Icon 15/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, għadu kif attenda laqgħa għall-Ministri ta' l-Edukazzjoni u Kultura li nżammet f'Rotterdam, l-Olanda, fuq iniżjattiva tal-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea.

F'din il-laqgħa kienu diskussi diversi inizjattivi rigward kif l-edukazzjoni u l-kultura għandhom jingħataw dejjem aktar importanza fi ħdan il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għax dan huwa l-mod li bih l-Unjoni Ewropea ssir l-aktar grupp ekonomikament b'saħħtu fis-snin li ġejjin.  

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Zammit Dimech tkellem dwar l-importanza ta' avvenimenti Ewropew li jgħaqqdu flimkien il-Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il-ħtieġa ta' djalogu kulturali ma' reġjuni oħra, u dwar l-importanza ta' l-istorja marittima ta' ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, inkluż ta' Malta , u r-rabtiet li dik l-istorja għandha mal-kultura Ewropea.  

Matul il-laqgħa kienu diskussi miżuri ġodda li se tkun qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea sabiex xogħlijiet ta' l-arti jkunu jistgħu faċilment jintwerew f'pajjiżi Ewropej diversi mingħajr xkiel, u kif għandu jkun hemm ukoll politika favur aktar skambji kulturali bejn artisti u gruppi teatrali fi ħdan il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.  Aktar tard din is-sena Malta ser ittella' esibizzjoni interessanti ħafna fuq il-preistorja u t-tempji ta' pajjiżna f'wieħed mill-aktar mużewijiet prestiġġjużi f'Amsterdam, l-Olanda.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow