Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU GHALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOCJALI, WAQT LAQGHA TA’ KONSULTAZZJONI FUQ IL-KONVENZJONI DWAR IL-HARSIEN U L-PROMOZZJONI TAD-DRITTIJIET U D-DINJITA’ TAL-PERSUNI B’DIZABILITA’ – SALINA - IT-TLIETA, 13 TA’ LULJU

PR1166
Date Icon 14/07/2004

Il-Gnus Maqghuda ilha mill-1981 tahdem ufficjalment biex il-persuni b’dizabilita’ u l-familji taghhom ikollhom verament opportunitajiet indaqs u l-oghla kwalita’ ta’ hajja possibbli. Fil-fatt fl-1981, il-Gnus Maqghuda ddedikat dik is-sena bhala s-Sena Internazzjonali tal-Persuni b’Dizabilita’. Din is-sena verament holqot gharfien kbir favur dan il-qasam f’Malta u fid-dinja kollha. Serviet ukoll bhala bidu ghall-aktar hidma mill-Gnus Maqghuda. 

Sentejn wara, din l-organizzazzjoni dinjija harget il-Programm Dinji ta’ Azzjoni ghall-Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b’Dizabilita’. Dan il-programm serva ta’ gwida tajba hafna ghall-gvernijiet tad-dinja kollha biex huma jahdmu sew f’din id-direzzjoni. Ghaxar snin wara, dan il-programm gie tradott f’Regoli Standard li taw direzzjoni aktar konkreta u cara lill-membri ta’ x’ghandhom jaghmlu biex dan il-programm jigi segwiet fil-prattika. Pero’ dawn ir-regoli kienu biss linji gwida u ma kellhomx is-sahha legali mehtiega biex ikunu effettivi sal-massimu possibbli.   

Sentejn ilu, grupp ta’ pajjizi mmexxija mill-Messiku pproponew li hemm bzonn li l-Gnus Maghquda timxi ghal pass li jmiss, jigifieri li tohloq strument legali li permezz tieghu l-pajjizi membri jkunu obbligati li jahdmu b’mod konkrett u konsistenti favur id-drittijiet tal-persuni b’dizabilita’. Dan l-istrument legali jissarraf f’din il-Konvenzjoni li qed tigi diskussa bhalissa fil-Gnus Maghquda.  

Malta , l-ewwel bhala membru prospettiv u issa bhala membru ta’ l-Unjoni Ewropea, segwiet lil pajjizi ta’ l-Unjoni f’din id-diskussjoni. L-Unjoni Ewropea hi favur kompletament li din il-Konvenzjoni ssir u hi herqana li ssir bl-ahjar mod possibbli. Fil-fatt il-pajjizi ta’ Unjoni qed jiltaqghu regolarment qabel il-laqghat tad-diskussjoni fil-Gnus Maghquda biex huma jkollhom pozizzjoni wahda li allura jkollha aktar sahha. Fil-limitazzjonijiet taghha, Malta , permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’, qed taghti l-kontribut shih taghha l-aktar fid-diskussjoni li qed isir fuq livell Ewropew.

Id-diskussjoni prezenti lahqet stadju interessanti hafna. Sar abbozz minn grupp ta’ pajjizi u issa dan l-abbozz qed jigi diskuss fid-dettal mill-pajjizi kollha tal-Gnus Maghquda. Kienet idea tajba hafna li giet organizzata din il-konferenza biex jigi diskuss dan id-dettal. Hu importanti li l-persuni b’dizabilita’ nfushom u dawk li jahdmu f’dan is-settur mhux biss jinzammu nfurmati b’dak li qed isir imma ukoll, u forsi aktar importanti, jesprimu l-opinjonijiet validi taghhom f’din id-diskussjoni. Il-Gvern Malti mhux biss hu favur din il-Konvenzjoni u qed jaghti l-kontribut shih tieghu biex din il-Konvenzjoni ssir realta’ imma ukoll irid jisma’ x’ghandhom xi jghidu dawk li qeghdin quddiem nett f’din il-hidma biex hu min-naha tieghu, sa fejn hu possibbli, jressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Malta hi lesta li taghti l-kontribut taghha.  

Fil-fatt, niehu pjacir nghid li fuq il-livell legali, Malta tinsab fost dawk quddiem nett. Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita’) hi meqjusa bhala ligi tajba hafna u li tirifletti sew il-hsibijiet l-aktar avvanzati f’dan is-settur. Il-Ligi taghna tinkorpora tajjeb hafna ma’ l-abbozz tal-Konvenzjoni propost. Dan ma jfissirx li ma hemmx x’isir. Iffisser li s-socjeta’ taghna, illum aktar minnqatt qabel, taghraf  b’mod konkret li trid tkun pro-attiva biex il-persuni b’dizabilita’ jkollhom sehem shih fil-hajja.  

Fuq il-livell Ewropew ukoll sar hafna progress. Fil-fatt, fl-2003, il-Parlament Ewropew dahhal direttivi li permezz taghhom gie ddikjarat illegali kull diskriminazzjoni fil-qasam tax-xoghol inkluz minhabba dizabilita’.  Il-pass li jmiss, u li diga’ hemm diskussjoni inizjali dwarha hi li l-Parlament Ewropew jillegizla biex din id-diskriminazzjoni kontra persuni b’dizabilita’ u setturi ohra vulnerabbli tas-socjeta’ tigi ddikjarata llegali ssir fejn isir, mhux biss fuq il-post tax-xoghol.  

Naturalment wahda mill-akbar sfidi li kull pajjiz jiffaccja hi kif ahna nghaddu mill-kliem ghall-fatti. Jigifieri kif dawn il-Ligijiet inkluz din il-Konvenzjoni tista’ tissarraf b’mod rejali f’mizuri konkreti favur il-persuni b’dizabilita’ u l-familji taghhom. Ghaldaqstant, minkejja li d-diskussjoni tal-lum se tikkoncentra fuq dokument legali, hu tajjeb li niftakru li dan id-dokument irid ikun wiehed rejalistiku u li jkollu miri li minkejja li jkunu xi ftit gholjin, imma xorta wahda jkunu jistghu jintlahqu.  

Il-Gvern Malti, bhal ma ghamel fil-passat, hu kommess li jkompli jahdem f’dan il-qasam biex jassigura li verament hadd fis-socjeta’ taghna ma jibqa’ lura. Il-Gvern hu konvint li din il-Konvenzjoni, meta ssir rejalta’, se tghin biex il-persuni b’dizabilita’ mhux biss ma jibqghux lura fis-socjeta’ taghna, imma jsiru dejjem aktar protagonisti bhal kull cittadin iehor Malti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow