IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN L-ONOR MICHAEL FRENDO F’DISKUSSJONIJIET BILATERALI MA’ DELEGAZZJONI MILL-ARABJA SAWDITA
Delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin l-Onor Michael Frendo, illum kellha sensiela ta’ diskussjonijiet bilaterali ma’ delegazzjoni mill-Arabja Sawdita mmexxija mill-Vici Ministru ghall-Affarijiet Barranin ta’ l-Arabja Sawdita, l-Eccellenza Tieghu Ismail Al-Shura, fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta .
Iz-zewg nahat kellhom diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet bilaterali u s-sitwazzjoni internazzjonali, bhala l-ewwel laqgha li qed issir wara li Malta u l-Arabja Sawdita f’April ta’ l-2003 iffirmaw Memorandum of Understanding dwar djalogu politiku bejn iz-zewg pajjizi.
Wara t-tmiem tal-laqghat, il-Ministru Frendo sahaq dwar l-importanza li ghandhom il-pajjizi tal-Mediterran, ta’ Lvant Nofsani u l-pajjizi tal-Golf, ghall-politika barranija Maltija fl-isfond tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Min-naha tieghu, il-Vici Ministru Al-Shura qal li diskussjonijiet fil-qafas ta’ djalogu politiku ghandhom ihallu beneficcji ghaz-zewg pajjizi. Al-Shura qal ukoll li laqghat bhal dawn huma importanti biex iz-zewg nahat isiru jafu aktar ‘l xulxin u l-pozizzjoni taghhom ghar-rigward tas-sitwazzjoni internazzjonali.
Id-delegazzjonijiet iddiskutew ukoll l-abbozz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni generali bejn iz-zewg pajjizi, li dwaru il-partijiet qeghdin jahdmu biex jintlahaq ftehim mill-aktar fis possibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950