Left arrow Go Back

L-INDUSTRIJA QED TIĠI MGĦEJJUNA

PR1162
Date Icon 13/07/2004

“Il-Gvern huwa impenjat li jkun qrib l-industrija u jara li jżomm kuntatt kontinwu ma’ min irid jagħti kontribut biex naraw li s-servizzi li jkunu offruti lill-industrija tagħna jkunu aktar effiċjenti.  Il-ħidma kontra l-burokrazija eċċessiva tkun suċċess kemm-il darba niltaqgħu u niddisktu flimkien il-każijiet fejn inkunu qed nirċievu servizz ineffiċjenti.  B’hekk naslu li noffru proposti ġodda li jwasslu biex dak is-servizz ikun aktar effiċjenti.”  B’dawn il-kliem, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fetaħ id-diskors tiegħu waqt il-laqgħa annwali tal-BIETA (Bulebel Industrial Estate Tenants Association) fl-okkażjoni ta’ l-Anniversarju mit-twaqqif ta’ din it-Tenants Association.  Waqt din il-laqgħa, l-Onor. Vassallo ltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ membri ta’ din l-Assocjazzjoni.  

Is-Segretarju Parlamentari kompla jitkellem dwar kif issa kemm-il darba irridu nieħdu l-benefiċċji tas-sħubija bħala industrija, irridu naraw li nkunu aktar ippreparati u kapaċi nipprevedu wkoll il-ġejjieni għall-industriji tagħna.  “Irridu industriji li jkunu nvoluti fid-diskussjoni kollha li permezz tagħha jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut taghhom lejn x’qed ikun propost mill-Unjoni Ewropea.  B’dan il-mod huma qed jgħinnu lill-uffiċċjali ta’ l-Awtortiajiet Lokali biex meta jitkellmu f’konsultazzjoni fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea, dawn l-uffiċċjali jkunu qed jitkellmu f’isem l-istess industrija lokali.  Fl-istess waqt l-istess industrija lokali tkun aktar mgħarrfa dwar x’qed ikun maħsub fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea.”  

Din il-ħidma li tkellem dwarha s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo diġa fil-fatt bdiet, u kien hemm numru ta’ proposti li ġew involuti fihom l-industriji tagħna.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, flimkien ma’ numru ta’ tenants ta’ din iż-żona industrijali ltaqa’ wkoll ma’ uffiċċjali tal-Malta Freeport Terminals fejn tul din il-laqgħa ġew diskussi problemi li kienu qegħdin jiltaqgħu magħhom it-tenants.  Ħidma oħra li fiha ser jagħti l-kontribut tiegħu is-Segretarju Parlamentari, ser tkun dik biex aktar industriji jkunu jiffurmaw parti mit-Tenants Association.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow