Left arrow Mur Lura

IL-BAJJA TA’ BIRZEBBUGIA

PR1161
Date Icon 13/07/2004

B’referenza għall-istqarrija tas-Sindku ta’ B’Bugia, id-Divizjoni tas-Saħħa tixtieq tikkjarifika dawn il-punti:

Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jerġa’ jikkonferma li l-Bajja ta’ B’Bugia hija tajba għall-għawm.  Kampjuni minn sitt siti fil-Bajja ta’ B’Bugia, tul il-kosta mill-Qajjenza sa’ Wied Buni, jittieħdu ta’ kull ġimgħa; u f’dawn id-disa’ ġimgħat, inkluzi dawk li nġabru l-bieraħ, kollha jirrizultaw li m’hemm l-ebda kontaminazzjoni mid-drenaġġ.

Tlett snin ilu, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika identifika diversi portijiet u daħliet magħluqa specjalment fejn ikun hemm koncentrazjoni ta’ inġenji tal-baħar, tul il-kosta ta’ Malta , bħala postijiet fejn m’għandux isir għawm.  Wieħed minn dawn il-postijiet jinsab f’Birzebbugia, proprju minn  quddiem il-kappella z-zghira fi Triq B’Bugia sal-moll fi Triq Dawret il-Qalb Mqaddsa.  Dawn il-postijiet huma identifikati minn tabelli mwaħħla mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.  Dawn is-siti gew dikjarati bhala zoni mhux tajba għal għawm  mhux minħabba li l-baħar huwa kkontaminat mid-drenaġġ izda minħabba nuqqas ta’ cirkulazjoni ta’ l-ilma baħar li jista’ jkun hemm f’dawn it-tip ta’ zoni.

Ta’ kull ġimgħa, il-Kunsill Lokali ta’ B’Bugia, bħal kunsilli lokali kollha, jintbagħtlu rapport rigward il-klassifikazzjoni taz-zoni kollha li jigu analizzati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.  Il-Kunsill Lokali ta’ B’Bugia, matul dan lis-staġun, qatt m’għamel l-ebda rapport rigward xi żbroff ta’ drenaġġ fl-ebda sezzjoni tad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika.

Ghal aktar informazzjoni fuq il-programm ta’ monitoraġġ għal kwalita’ ta’ l-ilma baħar li jniedi id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika wieħed jista’ jżur: http://www.health.gov.mt/dph/ehuhome.htm

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow