CIMITERJU TAL-MELLIEHA
Il-fatti dwar il-kwistjoni tal-ħajt li waqa’ fil-‘Ground’ ta’ Ħal-Lija huma li dan il-ħajt waqa’ fis-6 ta’ Frar 2004. L-awtoritajiet intervenew mill-ewwel. Minn spezzjonijiet li saru jidher li dan seħħ b’riżultat ta’ xogħol ħażin li sar minn terzi persuni fuq in-naħa ta’ wara tal-ħajt.
Immedjatament, il-parti fejn waqa` l-ħajt ingħalqet u wara ftit żmien sar intervent mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex jitneħħa l-materjal li waqa’; u biex jiġi stabbilizzat il-ħajt temporanjament. Tneħħa wkoll ‘cable’ tad-dawl li sofra ħsarat meta waqa’ l-ħajt.
Min dak iż-żmien, bdew il-proċeduri biex isir intervent fuq il-ħajt u dan jiġi rijabilitat. Kien deċiż li l-aħjar żmien biex isir dan ix-xogħol kien fis-sajf. Fil-fatt ix-xogħol hu mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-ġimgħa l-oħra stess il-periti kienu fuq is-sit biex jiffinalizzaw il-pjan ta’ ħidma fuq dan il-proġett.
Waqt li jsir ix-xogħol meħtieg, ser jittieħdu l-passi kollha necessarji għal aktar sigurta’ f’dan il-post.Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946