JOURNEYMAN’S CERIFICATE GĦAL 311 APPRENDIST
Aktar minn tliet mitt (311) apprendist ingħataw il-Journeyman’s Certificate waqt ċerimonja organizzata mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (KXT/ETC). Minn dawn 159 segwew l-iskema ta’ l-ESTS – Extended Skill Training Scheme u 152 huma mill-iskema tat-TAS – Technician Apprenticeship Scheme. Għalkemm il-parti l-kbira (274) ta’ l-apprendisti kienu irġiel, kien hemm ukoll 37 mara li segwew waħda mill-iskemi (33-ESTS, 4-TAS).
L-iskemi t’apprendistat huma parti effettiva mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u jaħdmu fuq sistema fejn l-istudent isegwi kors f’istituzzjoni edukattiva bħal ma hi l-MCAST u għal numru ta’ ġranet fil-ġimgħa jkollu taħriġ fuq il-post tax-xogħol fis-settur produttiv. F’kull apprendistat l-istudent, min iħaddem u l-KXT jidħlu f’kuntratt biex id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ kull parti jkunu ċari u jitwettqu tul iż-żmien ta’ l-apprendistat.
Dawn huma l-oqsma li fihom ikkwalifikaw l-apprendisti :
Kors | Irgiel | Nisa | Total |
Computer aided engineering | 4 | 0 | 4 |
Draughtsmen (civil) | 13 | 1 | 14 |
Draughtsmen (mechanical) | 3 | 0 | 3 |
Electrical and Electronics | 11 | 0 | 11 |
Electrical installers | 3 | 0 | 3 |
Electronic servicing fitters | 6 | 0 | 6 |
Food & beverage preparation and production | 34 | 3 | 37 |
Food & beverage prep. & prod & servicing | 5 | 1 | 6 |
Food and beverage servicing | 5 | 1 | 6 |
Graphic designers | 4 | 3 | 7 |
Hairdressers | 0 | 21 | 21 |
Heritage craftsmen | 1 | 2 | 3 |
Industrial design technicians | 4 | 2 | 6 |
Industrial electronics technicians | 30 | 1 | 31 |
Information technology technicians | 25 | 0 | 25 |
Mech. & electrical eng. tech. (manufacturing) | 4 | 0 | 4 |
Mech. & electrical eng. tech. (mechatronics) | 6 | 0 | 6 |
Mech. & electrical. eng. tech. (plant) | 1 | 0 | 1 |
Mechanical engineering tech. | 2 | 0 | 2 |
Mechanical fitters | 12 | 0 | 12 |
Motor vehicle mechanics | 20 | 0 | 20 |
Motor vehicle technicians | 13 | 0 | 13 |
Plumber | 1 | 0 | 1 |
Printers | 11 | 1 | 12 |
Refrigeration & airconditioning technicians | 19 | 0 | 19 |
Stained glass manufacturer | 0 | 1 | 1 |
Stone carvers | 4 | 0 | 4 |
Stone dresser & mason | 1 | 0 | 1 |
Telecommunications technicians | 13 | 0 | 13 |
Vehicle body repairers | 5 | 0 | 5 |
Welder | 1 | 0 | 1 |
Wood carvers | 3 | 0 | 3 |
Woodworkers | 10 | 0 | 10 |
Louis Galea qal li għalkemm l-iskemi ta’ apprendistat qdew sew lil pajjiżna għal ħafna żmien, hemm bżonn li issa l-iskemi jiġu riveduti biex tinħoloq sistema ġdida li tirrikonoxxi aħjar l-iżviluppi li seħħew fit-taħriġ u fil-postijiet tax-xogħol f’dawn l-aħħar snin kif ukoll il-bżonnijiet ta’ l-industriji u l-istudenti Maltin illum. Fil-fatt l-iskema tal-apprendistat li nħaddmu illum kienet tfasslet ħamsin sena ilu.
Il-Ministru ħabbar li din hi waħda mill-proposti li hemm fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Impjiegi li se jkun diskuss ukoll fl-MCESD u l-Parlament. Huwa qal li l-apprendistat hu mudell tajjeb ħafna li jorbot flimkien it-tagħlim tekniku mat-taħriġ fid-dinja tax-xogħol. Sostna wkoll li l-apprendist jikseb ħiliet minn fuq il-bank tax-xogħol li ma jinkisbux minn fuq il-bank ta’ l-iskola. Is-sistema edukattiv u l-industrija jeħtieġ li jaħdmu ħafna aktar flimkien, kif diġa’ qed jiġri fl-MCAST, għall-ġid ta’ l-industrija imma wkoll tal-pajjiż in ġenerali.
Il-Ministru Louis Galea awgura lill-apprendisti kull suċċess hekk kif issa jibdew ix-xogħol tagħhom partikolarment lil dawk li se jibdew xogħol għal rashom jew jiftħu xi kumpanija tagħhom għaliex filwaqt li l-isfidi għalihom huma kbar, is-suċċessi jistgħu ikunu bil-wisq akbar u huma dawn il-kumpaniji ż-żgħar li jmexxu l-ekonomija ta’ pajjiżna. Hu temm jgħid li hekk kif żgur fehmu l-bżonn u l-utilita’ tar-rabta bejn it-tagħlim u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, l-apprendisti għandhom jifhmu l-bżonn li jżommu ruħhom aġġornati billi dejjem ikomplu jitħarrġu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex jibqgħu rilevanti u kompettitivi fis-swieq lokali u internazzjonali.
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942