IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO IŻUR NEGOZJI F’PACEVILLE
Kienu bosta s-sidien ta’ negozji f’Paceville li wrew is-sodisfazzjon tagħhom mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Kompetizzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo meta dan kien qiegħed jiltaqa’ magħhom f’Paceville stess, f’laqgħa li huwa kellu ma’ sidien ta’ negozji li stednuħ biex ikellmuh fin-negozju tagħhom stess.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo faħħar il-ħidma li saret mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, kemm għal dak li sar mill-ħaddiema ta’ dan il-Ministeru, kif ukoll għall-mod ta’ kif ix-xoghol tlesta fil-bidu tas-Sajf, u hekk issa dan il-proġett jgħin biex din iż-żona tkun attraenti kemm għat-turisti kif ukoll mal-Maltin li jżuru dawn l-inħawi. Meta s-Segretarju Parlamentari tkellem dwar Paceville, huwa rrefera għal kif f’din iż-żona bosta self-employed investew biex ikollhom negozji ta’ livell għoli u issa l-Gvern kompla jsebbaħ din il-lokalita’ b’dan il-proġett.
“Issa li l-proġett huwa lest, kull min jiġi f’Paceville biex jaħdem jew biex jiddeverti, għandu jara li jżomm it-toroq nodfa u l-ambjent jinżamm nadif biex il-livell għoli kemm tan-negozji kif ukoll tat-toroq tal-madwar, jibqgħu jkunu attrazzjoni biex l-industrija tad-divertiment tkompli tissahhah f’pajjiżna.” Edwin Vassallo ħeġġeġ ukoll lis-sidien tan-negozji biex dawn jagħmlu minn kollox biex ikunu kompetittivi mhux biss bejniethom, iżda wkoll ma’ swieq oħra fejn l-industrija tad-divertiment qed tinvesti.
“F’pajjiżna llum qegħdin naraw li l-industrija tad-divertiment qed titferrex ma’ Malta u Għawdex, u Paceville m’hix l-unika lokalita’ fejn qiegħed ikun hemm investiment fl-industrija tad-divertiment. Għalhekk inheggeg lil kull min qed jinvesti fin-negozju tiegħu f’dan is-settur biex jagħmel l-investiment tiegħu bil-għaqal u jara li filwaqt li jagħmel minn kollox biex jattira l-akbar numru ta’ klijenti, dan jagħmlu bla ma joħloq inkonvenjent għall-girien u jara wkoll li fl-inħawi tan-negozju tiegħu tinżamm l-indafa. Ta’ xejn ikollna organizzazzjoni tajba ta’ negozji jekk imbagħad min iżomm l-organizzazzjoni fuq ġewwa, jħammeġ barra. Minn sforz kollettiv igawdi kulħadd.”
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fakkar lil dawk kollha li huma liċenzjati biex imexxu negozju, li huma għandhom josservaw il-kundizzjonijiet tal-liċenzja biex dawn iżommu l-indafa kemm fin-negozji tagħhom, kif ukoll fl-inħawi tan-negozji. Huwa fakkar ukoll li kull liċenzja tan-negozju għandha marbuta magħha l-kundizzjoni li n-negozju ma joħloqx inkonvenjent lill-ġirien bi storbju, li jkun jista’ jsir mill-istess negozju. Għalhekk, ħeġġeġ lil dawk preżenti, biex filwaqt li jaraw li jinvestu fin-negozji tagħhom, joqogħdu attenti kemm għall-klijenti tagħhom, kif ukoll għall-ġirien
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942