STQARRIJA TAL-GVERN DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI TAD-DIPARTIMENT TAL-LOTTU
Il-Prim Ministru jiċħad bil-qawwa kollha rapport li deher illum fuq il-media tal-Partit Laburista dwar laqgħa li allegatament saret bejnu u bejn il-Lotto Recievers Union . Dan ifisser li qatt ma seta sar xi diskors fis-sens li ġie rappurtat fuq il-media Laburista.
Għal kuntrarju, l-Prim Ministru jiddikjara li baqa’ jiġi aġġornat bl-iżviluppi kollha dwar din il-privatizzazzjoni mill-ex Ministru John Dalli.
Huwa għaldaqstant deplorabbli li l-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista jirrikorru għal gideb bl-iskop li jħawwdu l-imħuħ tal-poplu. L-invenzjoni ta’ din l-istorja fittizja ma għandha ebda skop ħlief li tagħmel ħsara lill-pajjiż f’mument fejn qed isseħħ parti mill-programm ta’ privatizzazzjoni li huwa ta’ importanza kbira għall-pajjiż.
Din hi konferma oħra li l-Partit Laburista għadu ma jridx ibiddel l-istil ta’ politika li għandu u flok ifittex kif jikkontribwixxi għall-gid tal-pajjiż, jara kif jista jagħmel l-akbar ħsara lil pajjiż.
Stqarrijiet Oħra:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942