KUNDANNA TAD-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA GĦALL-ATTAKK FUQ STAFF MEDIKU FID-DIPARTIMENT TA’ L-EMERĠENZA
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tikkundana bla riserva u bl-aktar mod qawwi l-attakk fiżiku u vjolenti li sar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fuq staff mediku tad-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-iSptar San Luqa. Id-Diviżjoni tas-Saħħa min dejjem kienet konxja mill-importanza u mis-sensittivita’ tas-sigurta’ ta’ l-istaff ta’ dan id-dipartiment. Għalhekk ħasbet biex b’arranġament ma’ l-Awtoritajiet tal-Pulizija, tassigura preżenza kontinwa ta’ uffiċjali tal-Pulizija f’dan id-Dipartiment. Fl-istess waqt ħasbet għal preżenza sostanżjali ta’ security guards tad-Diviżjoni biex joffru l-protezzjoni meħtieġa.
Id-Diviżjoni ser tara li jittieħdu passi kontra min kien responsabbli li joffri din il-protezzjoni u naqqas milli jagħmel dan matul il-lejl li għadda. Fil-waqt illi tirringrazzja l-istaff tad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza għal ħidma fejjieda tagħhom minkejja dawn iċ-ċirkustanzi, id-Diviżjoni tisħaqq li mhix ser tittollera lil min hu responsabbli ghal dan it-tip ta’ attakki vjolenti.
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942