RISPOSTA TAD-DIVIZJONI TAS-SAHHA GHALL-ISTQARRIJA TA’ L-MUMN DWAR SPEZZJONIJIET FIC-CENTRI TAS-SAHHA
B'riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-MUMN dwar direttivi mogħtija lin-nurses li jaħdmu fic-Centri tas-Saħħa, id-Diviżjoni tas-Saħħa tinsab sorpriża bl-atteġġjament meħud mill-MUMN dwar spezzjonijiet li saru fic-Centri tas-Saħħa minn ufficjali tas-sigurta fi ħdan l-istess Diviżjoni. Id-Diviżjoni ssostni li minkejja li hemm strutturi amministrattivi biex tinżamm id-dixxiplina, hija għandha dritt li tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda biex tiżgura li ħaddiema, huma min huma, jkunu fuq il-postijiet tax-xogħol kif suppost. Dawn l-ispezzjonijiet isiru f'diversi postijiet tax-xogħol u jkopru diversi kategoriji ta' ħaddiema u mhumiex intiżi biex specifikament jiccekkjaw nurses kif stqarret l-MUMN.
Filwaqt li d-Diviżjoni tas-Saħħa tapprezza l-heġġa tal-MUMN biex ittejjeb is-servizzi tal-Kura Primarja, ma tistax tifhem kif l-MUMN ser tilħaq dan permezz tad-direttivi mogħtija. Żgur li billi tagħlaq il-bieb ta' Centru tas-Saħħa mhux ser ittejjeb is-servizz mogħti f'dan ic-centru.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tappella lill-MUMN biex terġa’ tikkunsidra il-pozizzjoni tagħha u taccetta li n-nurses, bħall kull kategorija oħra ta' ħaddiema, għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' verifika li tħoss li għandha tniedi d-Diviżjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942