TEKNOLOGIJA AVVANZATA GHAT-TISQIJA FIS-SERER
Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u Sajd it-Tabib Frans Agius , il -bierah zar is-serer li jinsabu fl-Imtahleb.
Il-bdiewa Maltin qed jinvestu f’apparat modern biex itejbu l-produzzjoni taghhom tant li uhud minnhom qed juzaw sistemi ta’ teknologija avanzata permezz ta’ programmi komputerizzati ghat-tisqija tal-prodotti li huma jkabbru fis-serer. Din is-sistema kienet imfassla mill-Inginiera Maltin u specifikament ghal-bzonnijiet tal-bidwi Malti.
Dr. Agius qal li l-investiment li sar fis-serer fl-Imtahleb hu ta’ ezempju tajjeb ta’ fejn trid timxi l-biedja Maltija partikolarment ghall-prodotti li jitkabbru fis-serer. Dr. Agius kompla jghid li s-sistema hija wahda li tghin biex prodotti agrikoli differenti jinghataw l-ilma u l-fertilizzanti li jkollhom bzonn. Dr. Agius spjega li din is-sistema mill-aktar moderna u professjonali m’ghandhiex impatt ambjentali negattiv. Dawn is-serer jinsabu fuq ghaxart itmiem art li kienet reklamata u fihom illum jitkabbru diversi prodotti.
Dr Agius fakkar fl-ghajnuna li qed jaghti l-Gvern lill-Bdiewa Maltin permezz tal-fondi ghall-izvilupp rurali ta’ l-Unjoni Ewropea. Din l-ghajnuna tista’ tintuza ghall-bini ta’ gwiebi, bini ta’ hitan tas-sejjieh u ghall sistemi moderni ta’ tisqija.
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942