Left arrow Go Back

IL-KAZ TAL-VAPUR ‘CAP ANAMUR’

PR1138
Date Icon 08/07/2004

B’referenza għal dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru barra minn Malta , dwar il-każ tal-vapur b’reġistrazzjoni Ġermaniża: ‘Cap Anamur’, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jippreċiża illi:

a)   Dan il-vapur f’ebda mument qatt ma talab l-assistenza ta’ l-Awtoritajiet Maltin, jew informahom illi kien hemm xi klandestini fuq l-istess vapur, jew li kien salva xi nies minn fuq il-baħar.  

b)   Ghalkemm il-vapur f’xi żmien daħal Malta , għal xi tiswijiet fit-Tarzna, fl-ebda ħin ma nforma lill-Awtoritajiet Maltin b’xi ħaġa irregolari abbord u m’hemm ebda prova li kellu xi klandestini abbord.  

c)   Jekk, għalkemm dan mhux aċċertat, u kif qed jinghad f’xi ġurnali barranin, dawn il-klandestini nġabru ħdejn il-kosta tal-Libja, in-norma internazzjonali hi, li  l-Kaptan kellu dmir li jeħodhom f’xi port fil-Libja.  

d)   Ma jistax ikun li jiem wara li dan il-vapur għabba dawn il-klandestini, mingħajr ma’ informa lill-Awtoritajiet Maltin b’xejn, issa li l-vapur hu barra l-kosta ta’ Sqallija, xi ħadd jippretendi – bil-fatti nebulużi li għandna s’issa, - li hija r-responsabbilta’ ta’ Malta li tiehu ħsieb il-każ ta’ dawn il-persuni.  

e)   M’hemm ebda prova dwar minn fejn dawn il-klandestini ttellgħu abbord il-vapur in kwestjoni. Irriżulta biss li dawn il-klandestini kienu żgur fuq dal-vapur meta avviċinaw il-kosta ta’ Sqallija.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow