Left arrow Go Back

17-IL KUNĊERT FIL-FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAS-SAJF

PR1135
Date Icon 08/07/2004

Meta ndirizza lill-istampa dwar The Stradivari Season Malta International Summer Festival, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li bħala parti mill-attivitajiet kulturali li qed ikunu organizzati għal dan is-sajf, l-iStradivari Season b’assoċjazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti qed ittella’ l-Malta International Summer Festival bil-parteċipazzjoni ta’ artisti nternazzjonali minn diversi pajjiżi u artisti Maltin. Hu qal li b’kollox se jsiru 17-il kunċert f’postijiet storiċi u mill-isbaħ, bħall-Bitħa tal-Palazz Presidenzjali, il-bitħa tal-Palazz Vilhena, Manoel Island u ta’ Liesse fix-Xatt tal-Belt.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bħala parti minn dan il-festival qed tingħata spinta lit-talent żagħżugħ billi se ssir kompetizzjoni għal mużiċisti żgħażagħ. Il-Lejla Finali ta’ The Stradivari-Lufthansa Competition se tinżamm fl-10 ta’ Lulju fil-bitħa tal-Palazz Vilhena fl-Imdina.  

Francis Zammit Dimech qal li l-kompetizzjoni għaż-żgħażagħ qed tkun imnedija mil-linja ta’ l-ajru Ġermaniża Lufthansa, li qed tiċċelebra l-20 Anniversarju minn mindu bdiet topera titjiriet bl-iskeda lejn Malta . Il-Ministru Zammit Dimech qal li għal darb’oħra qed naraw f’din il-kompetizzjoni, is-sinerġija li qed tinħoloq bejn is-settur tat-turiżmu u l-kultura. Hu qal li filwaqt li The Stradivari Seasonb’assoċjazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jorganizzaw din il-kompetizzjoni, is-settur turistiku, permezz ta’ waħda mil-linji ta’ l-ajru ewlenin li joperaw għal Malta, qed jisponsorjaw din l-attivita’. Hu qal li ċ-ċirasa fuq il-kejk hi li din l-attivita’ qed tittella fil-bitħa tal-Palazz Vilhena fl-Imdina, li kienet restawrata mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni ta’ l-Imdina. Il-Palazz Vilhena hu ġojjel ieħor ta’ storja li kien restawrat biex inġieb għall-glorja tiegħu tal-passat.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dan il-festival internazzjonali qed jattira lejn pajjiżna ismijiet importanti bħad-‘duo’ famuż Bulgaru għall-pjanu Aleksandra u Nikoleta Kocheva, il-magħrufa gittaristi klassiċi Amerikani Gregory Newton u Peter Grimes, il-piano virtuosi Ivan Mishunin u Panagiotis Trochpoulos, David Cohen, cellista ewlieni tal-Philharmonia Orchestra, il-vjolinista Anna-Lisa Bezrodny fi programm varjat ma’ Kotono Sato, Marius Stravinsky u Eleonora Bekova, it-tenur ta’ fama internazzjonali Mark Tucker u l-famuż Bekova Trio. Il-Grand Finale se jkun jinkludi kunċert bil-parteċipazzjoni tas-solisti tat-teatru Bolshoi - il-baritonu Andrey Breus u s-sopran Marina Poplavskaya, akkompanjati minn   Eleonora Bekova.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li żewġ attivitajiet oħra importanti f’dan il-festival kienu

o    Charity Garden Concert fis-17 ta’ Lulju, bil-wirja mill-Malta Opera Company tal-Cavalleria Rusticana li se tittella’ b’risq il-Malta Cancer Foundation u li se ssir fir-residenza fil-Bidnija tas-Sur Maurice Mizzi.

o    Lejla dedikata għal Chopin se tittella’ f’Ta’ Liesse mill-pianista solo tar-radjo Nazzjonali Bulgaru, Mario Angelov  fil-21 ta’ Lulju li se tkun segwita jumejn wara minn  Grand Concertmill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Alan Chircop. Din tinkludi l-Beethoven Violin Concerto minn Eugeniy Chevkenov u l-Magic Violin ukoll minn Eugeniy Chevkenov. Mis-sena 2000 dan daqq mal-Vienna Philharmonic. Dan il-kunċert se jittella’ fil-bitħa tal-Palazz Vilhena.

o    Fil-4 ta’ Awissu se tittella’ ‘Lejla ta’ Opra’ fil-bitħa tal-Palazz Vilhena bil-parteċipazzjoni ta’ Gillian Zammit, Claire Massa u d-Drama Troupe, Albert Zammit – bass u Davinia Galea fuq il-piano.  Fis-7 ta’ Awissu se jkun hemm ukoll il-vjolinisti Katono Sato u Marius Stravinsky akkumpanjati fuq il-piano minn Eleonora Bekova.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Festival Internazzjonali tas-Sajf se joffri festa ta’ mużika klassika. Hu qal li ried jieħu l-okkażjoni biex jirringrazzja lil kull min ħadem biex seta’ jittella’ dan il-festival li kien ħolqa oħra fil-kullana ta’ attivitajiet kulturali li kienu qed jittellgħu dan is-sajf. Francis Zammit Dimech awgura lil dawk kollha li kienu se jipparteċipaw f’dan il-festival u ħeġġeġ lill-poplu Malti biex ma jitlifx l-okkażjoni jsegwi numru hekk kbir ta’ mużiċisti ta’ fama lokali u barranin.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow