ESIBIZZJONI TA’ PROĠETTI MTELLA’ FL-AĦĦAR SENA UNIVERSITARJA FIL-KORS TA’ L-INĠINERIJA GĦAS-SENA 2004
Bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea r-rwol ta’ l-Inġinier se jsir dejjem aktar importanti. Dan qalu l-Ministru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit, fil-ftuħ ta’ l-esebizzjoni ta’ Proġetti mtella’ fl-aħħar sena Universitarja fil-kors ta’ l-Inginerija għas-sena 2004.
Waqt li żar il-proġetti fil-laboratorji differenti l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura faħħar il-livell milħuq li jikkonferma r-riżultati eċċellenti li jġibu dawk l-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom kemm f’Malta u kif ukoll barra minn Malta. Huwa stqar ukoll li dawn ir-rizultati jigu miksuba permezz ta’ tagħlim u taħriġ professjonali li jagħtu l-istaff fi hdan id-Dipartiment ta’ l-Inginerija fl-Universita’ ta’ Malta.
Il-Ministru Ninu Zammit kompla billi qal li l-produzzjoni, distribuzzjoni u użu ta’ l-ilma u l-elettriku bħala servizzi essenzjali jiddependu bis-sħiħ fuq iż-żejt impurtat. Għalhekkk irridu niggarantixxu li jsir l-aqwa użu minn dawn is-servizzi bis-saħħa ta’ pjanijiet imfassla bl-inġinerija l-aktar addattata u bl-għażla ta’ l-ahjar apparat. L-introduzzjoni ta’ sorsi alternattivi ta’ energija, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-użu u n-nefqa taż-żejt. Dan kollu jrid isir permezz ta’ gwidi fid-disinn, u l-integrazzjoni ta’ l-apparat kif ukoll fl-adozzjoni tiegħu kemm fuq djar residenzjali kif ukoll fl-industrija.
Il-Ministru kkonkluda billi awgura kull success lill-istudenti u rringrazzja lill-istaff u l-ġenituri, li jaghtu s-support tekniku u morali meħtieġa lil dawn l-istudenti biex setgħu jtemmu dan il-kors b’success.
... / ... Diskors (pr1133a)
... / ... Speech(pr1133eng)
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946