IL-PJAN TA’ KONVERĠENZA
Il-Gvern illum irċieva korrispondenza mingħand il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) fejn fiha ġiet mitluba laqgħa mal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi dwar il-Pjan ta’ Konverġenza li l-Gvern Malti ppreżenta lill-Unjoni Ewropea f’Mejju li għadda.
Il-Prim Ministru laqa’ din it-talba u matul il-ġranet li ġejjin ser jiddiskuti dan il-Pjan ta’ Konverġenza fi ħdan l-MCESD biex ikunu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex jintlaħqu l-miri tal-Gvern skond kif imħabbra fid-diskors tal-Budget tal-2004.
Fost l-oħrajn, il-Pjan ta’ Konverġenza, filwaqt li jagħti stampa ċara tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jiddeskrivi l-pjanijiet tal-Gvern dwar l-immaniġġar tad-deficit finanzjarju b’miri speċifiċi dwar kif id-deficit fil-finanzi pubbliċi jistgħu jilħqu livelli sostenibbli sas-sena 2007. B’hekk ikun possibli li pajjiżna jibbenefika bl-aktar mod qawwi bl-introduzzjoni tal-EURO bħala l-munita nazzjonali.
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942