Left arrow Go Back

IMNIEDI PROGETT TA' STUDJU DWAR IL-MELANOMA F'GHAWDEX

PR1126
Date Icon 07/07/2004

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ħabbret il-bidu ta’ studju dwar il-melanoma li ser jibda f’Għawdex iktar tard din is-sena. Dan huwa l-ewwel studju tat-tip tiegħu fid-dinja, fejn ser tiġi studjata l-popolazzjoni kollha, minn 16-il sena ’l fuq, li tgħix fuq gżira waħda.  

L-Assocjazzjoni Maltija tad-Dermatoloġija u Veneoroloġija flimkien ma’ l-Universita’ ta’ Siena, l-Universita’ ta’ Melbourne u l-Ministeru għal Għawdex ser ikunu qed iwettqu eżercizzju intensiv ħafna minn Settembru 2004. Matul it-tliet snin li ġejjin, il-popolazzjoni kollha ta’ Għawdex li għandha minn 16-il sena ’l fuq ser tiġi msejħa sabiex tiġi evalwata l-ġilda tagħha u b’hekk każijiet ta’ melanoma jiġu mogħtija l-attenzjoni mistħoqqa fl-iqsar ħin possibbli. Eżercizzji simili twettqu fis-snin li għaddew fl-Italja u fl-Awstralja, iżda qatt ma kienu mifruxa fuq il-popolazzjoni kollha kemm hi.

Melanoma huwa tip ta’ kancer tal-ġilda li jista’ jkun fatali f’cirkustanzi differenti fosthom jekk jinfirex mal-ġilda. Għalkemm l-użu ta’ medicina kontra l-kancer jew radjoterapija jistgħu jkunu ta’ beneficcju f’każijiet li jiġu identifikati kmieni, il-probabbilita’ li każijiet avvanzati jiġu trattati b’success hija rari. Huwa għalhekk importanti ferm li jiġi ntużat kull mezz possibbli biex il-każijiet marbuta ma’ melanoma jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun. Dijanjożi bl-użu tal-computer huwa l-iktar mezz efficjenti fil-preżent sabiex din tkun waħda bikrija u mill-iktar preciża (90%+).

F’Għawdex ser tiġi adottata din is-sistema ta’ dijanjożi bil-computer – sistema teknoloġika li ġiet ipperfezzjonata mill-Universita’ ta’ Siena fejn jintuża apparat li jiġbed immaġni ta’ tbajja fil-ġilda li jiġu komparati ma’ database vasta. Dan ifisser li b’sistema kompletament non-invasive jiġu ttestjati partijiet mill-ġilda u fi żmien qasir jingħata riżultat dwar jekk il-parti koncernata hix perikoluża jew le u jekk hux rakkomandat li jsiru iktar testijiet f’laboratorju, sabiex finalment jiġu evitati iktar kawżi ta’ mwiet. Esperti Taljani f’dan il-qasam ser jerġgħu jiġu Għawdex iktar tard din is-sena sabiex tibda l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, li ser isir  b’konsultazzjoni sħiħa ma’ l-esperti lokali u dawk fi ħdan l-Universita’ ta’ Melbourne.

Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkollabora bis-sħiħ fit-twettieq ta’ dan il-proġett li huwa wieħed importanti ferm għall-qasam tas-saħħa fil-gżira, iżda wkoll għax-xjenza b’mod ġenerali. Fil-fatt, l-aspetti loġistici kollha ta’ dan l-istudju ser jiġu kordinati mill-Ministeru għal Għawdex, permezz ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, filwaqt li staff mediku u nurses ser jinvolvu ruħhom b’mod sħiħ sabiex dan il-proġett ikun wieħed success.

Il-Ministru Debono, filwaqt li awgurat lill-partijiet kollha koncernati sabiex dan il-proġett jagħti riżultati, li permezz tagħhom nistgħu nkomplu ntejbu l-qasam mediku f’pajjiżna, irringrazzjathom talli għażlu lil Għawdex bħala l-post fejn dan l-eżercizzju intensiv ser jitwettaq għall-ewwel darba, b’mod daqshekk mifrux. Hija qalet li hekk kif ġie propost dan il-proġett hija rrakkomandat li dan isir u b’hekk il-Ministeru għal Għawdex, permezz ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikun qiegħed joffri servizz ieħor ta’ kwalita’ b’riżq il-klijenti tiegħu.

Il-Ministru għal Għawdex saħqet li l-qasam tas-saħħa fil-gżira huwa wieħed mill-ogħla prijoritajiet tal-Ministeru tagħha. Matul dawn l-aħħar snin kienu diversi s-servizzi ġodda li ġew introdotti mill-Isptar kif ukoll il-facilitajiet li ttejbu jew ġew introdotti sabiex il-pazjenti f’Għawdex jieħdu l-aħjar kura possibbli. Hija qalet li ż-żieda ta’ servizz kompletament ġdid għall-gżejjer Maltin, bħal dan li ġie mniedi, huwa certament pass kbir ’il quddiem li jkompli jgħolli l-kwalita’ ta’ servizzi offruti minn Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex appellat sabiex l-Għawdxin ta’ iktar minn 16-il sena jikkollaboraw bis-sħiħ sabiex dan il-proġett, li hu għall-beneficcju tal-komunita’ sħiħa, ikun success. Il-Ministru Debono qalet li jeħtieġ li nitilqu mill-ħsieb li test mediku jfisser problemi. Għall-kuntrarju, qalet il-Ministru, testijiet bikrija jistgħu joffru soluzzjoni għal problemi ikbar.

Dr Joseph I. Pace, President ta’ l-Assocjazzjoni Maltija tad-Dermatoloġija u Veneoroloġija; il-Professur Lucio Andreassi u l-Professur Marco Burroni mill-Universita’ ta’ Siena ndirizzaw il-konferenza ta’ l-aħbarijiet u spjegaw, mil-lat tekniku, il-beneficcju ta’ dan il-proġett. Dr Anthony Livori, Supretendent Mediku ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif ukoll preżenti.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow