KALENDARJU KULTURALI
Il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti qed jigbor informazzjoni dwar attivitajiet kulturali li ser isiru f’Settembru w Ottubru 2004. Din l-informazzjoni se tigi ppubblikata fil-hames edizzjoni tal-magazin Kultura 21.
Organizzaturi ta’ attivitajiet kulturali jew artistici huma gentilment mitluba jibghatu l-iskedi ta’ dawk l-attivitajiet li ser jinzammu matul ix-xhur ta’ Settembru w Ottubru 2004.
L-organizzaturi huma mitluba wkoll jibghatu deskrizzjoni ta’ tlett linji dwar kull attivita’ li ser ikollhom. Jekk ikun possibli, ritratti u materjal relevanti f’format ta’ JPEG jew TIFF fi 300 dpi ghandhom jintbghatu flimkien mal-informazzjoni mitluba.
L-informazzjoni mitluba ghandha tasal fl-ufficcju tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti, 230, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, CMR 02, jew f’e-mail isabellegatt@maltaculture.com jew fuq fax 21233902 sa mhux aktar tard mit-Tlieta 20 ta’ Lulju 2004.
F’kaz ta’ bzonn ta’ aktar informazzjoni wiehed ghandu jcempel lil Ms Isabelle Gatt fuq in-numri tat-telefon 21245168, 21247913.
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942