Left arrow Go Back

IL-GVERN QED JINDIRIZZA D-DEFICIT TAL-PAJJIZ B’IMPENN SOD U CAR

PR1117
Date Icon 05/07/2004

Risposta mis-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru tal-Finanzi,  Onor. Tonio Fenech b’riferenza ghall-Istqarrija ghall-Stampa mahruga mid-Deputat Mexxej Laburista u Kelliem Ewlieni ghall-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici l-Onor Charles Mangion.

Il-Ministeru tal-Finanzi jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tieghu li fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena, id-dhul u n-nefqa tal-Gvern huma konsistenti mal-previzjonijiet tal-Gvern u l-Estimi mhabbra fil-Budget. 

Kuntrarju ghal dak li qal l-Onor Charles Mangion, il-Gvern mhux biss qieghed jaghmel l-isforzi kollha tieghu biex ikompli jikkontrolla n-nefqa pubblika u jassigura li jintlahqu l-miri mhabbra fil-Budget li ghadda, izda li jaghmel dan minghajr ma jinjora r-responsabbiltajiet ekonomici u socjali ta’ pajjizna.  

Tajjeb wiehed jiccara li skond il-Budget ghal din is-sena, waqt li d-dhul hu mistenni li jkun ta’ Lm 103 miljun aktar minn dak tas-sena li ghaddiet, l-ispiza rikorrenti tal-Gvern kellha titla’ minn Lm 741 miljun ghal Lm 811 miljun, jigifieri Lm 70 miljun aktar.  Dan kellu jfisser li wara li wiehed inaqqas in-nefqa kapitali l-Gvern kellu jnizzel id-deficit minn Lm 107 miljun fl-2003 ghal Lm 94 miljun.  

Fl-ewwel hames xhur tas-sena li ghaddiet (2003) il-Gvern kien nefaq 42% min-nefqa rikorrenti tieghu ghas-sena shiha.  Fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena l-Gvern nefaq biss 40%, jigifieri 2% anqas.  Dan ifisser li kieku l-Gvern baqa’ ghaddej bl-istess ritmu ta’ nfiq bhal dak tas-sena li ghaddiet, in-nefqa fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena kienet tkun ta’ Lm 12-il miljun aktar.   

Waqt li l-Oppozzizjoni tiskandalizza ruhha li n-nefqa tal-Gvern fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena hi aktar minn dik tas-sena li ghaddiet fl-istess perjodu, tikkritika lill-Gvern li qed jiehu mizuri biex jikontrolla l-ispiza tieghu u tikkwota cifri inkorretti dwar tnaqqis li qed isir kif ukoll figuri li s-sorsi taghhom huma dubjuzi. 

It-tnaqqis li qed jigi prevvist ghal din is-sena, kuntrarju ghall-figuri li kkwota l-Onor Mangion, huma Lm 1.7 miljun mill-entitajiet tal-Gvern, Lm 2 miljun mill-interessi fuq is-self u Lm 3 miljuni minn spejjez rikorrenti ohra.  

Il-kontroll fuq l-ispiza tal-Gvern mhux ezercizzju ta’ darba, izda huwa ezercizzju kontinwu u dinamiku.  Il-mira principali ta’ dan l-ezercizzju hi li t-tnaqqis li jsir fl-ispiza tal-Gvern ma jsirx mill-inizzjativi socjali jew produttivi izda minn spejjez li wiehed jista’ jaghmel tfaddil minnhom.   

Dan mhux facli meta wiehed jikkonsidra li l-akbar parti minn nefqa tal-Gvern tmur f’salarji u pagi, servizzi socjali, is-sahha u l-edukazzjoni.  Minn naha l-ohra zgur wiehed jista’ jikkontempla frankar f’dawn is-setturi minghajr ma tonqos il-kwalita’ tas-servizzi moghtija billi jsir kontroll ahjar tar-rizorsi disponibbli.  

Il-Gvern ipprezenta fil-Parlament in-nefqa supplimentari tieghu fl-isfond tat-tfaddil li l-Gvern qed jirnexxilu jaghmel fuq in-nefqa tieghu.  Il-fondi mfaddla ghaldaqstant qed jigu wzati fi progetti u inizjattivi ta’ prijorita’ akbar li gew identifikati matul is-sena minghajr ma jizdied il-piz tad-deficit ghal din is-sena.  Fost in-nefqiet mizjuda hemm il-vot tas-Sahha b’Lm4.5 miljun, ghal spejjez marbuta ma’ xiri tal-medicini u operazzjonijiet, l-Infrastrutura Lm 1.3 miljun, l-Edukazzjoni Lm 800,000; u diversi progetti ohra fost l-ohrajn Lm 268,000 ghal Ghawdex.  

Id-decizjoni mehuda mill-Kabinett li tinxtara propjeta’ li sservi bhala ufficini tar-Rapprezentazzjoni Maltija u l-Ambaxxata fi Brussel hi wahda ghaqlija. B’din id-decizjoni il-Gvern ser jiffranka mal-Lm 1.5 miljun fis-sena ghal 27 sena fuq il-kera tal-propjeta’ u ghaldaqstant ikollu wkoll titlu fuq l-istess projeta’.  

Dwar ir-ragunijiet marbuta mad-dhul tal-Gvern, l-Onor Mangion jipprova jaghti l-impressjoni li d-dhul fil-VAT hu biss marbut maz-zieda ta’ 3% meta il-fatt hu li din iz-zieda halliet impatt fid-dhul tal-Gvern s’issa fix-xhur t’April u Mejju billi d-dhul fl-ewwel tlett xhur hu dak marbut mal-perjodu ta’ l-ahhar tlett xhur tas-sena li ghaddiet.  Kuntrarju ghal dak li jallega l-Onor Mangion, l-ekonomija kompliet tikber u ghaldaqstant taghti il-kontribut taghha ghad-dhul tal-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow