Left arrow Go Back

STUDENTI JIPPJANAW IL-BINI TA’ GŻEJJER QRIB MALTA

PR1096
Date Icon 02/07/2004

Meta kien qed jinawgura wirja ta' disinji ta' progetti għat-tezi ta' studenti fil-5 sena tal-Kors ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta’ l-Iskart Solidu fil-Gżejjer Maltin m’għalqitx il-bieb għar-riklamazzjoni tal-baħar minn skart mis-settur tal-kostruzzjoni u twaqqigħ ta’ bini. Hu qal li pajjiżna jipproduċi qrib il-miljun u nofs tunnellata ta’ skart ta’ dan it-tip fis-sena u darba jimtlew il-barrieri rridu nsibu alternattiva għad-disponiment ta’ dan it-tip ta’ skart.

Francis Zammit Dimech qal li fost proposti li kellu l-Gvern mis-settur privat kien hemm dik ta’ bini ta’ gżejjer żgħar ’il barra mil-kosta Maltija biex ma ssirx ħsara lill-flora u lill-fauna tal-baħar. Hu qal li f’dan l-istadju l-Gvern m’hu jwarrab l-ebda proġett għad-disponiment ta’ skart mis-settur tal-kostruzzjoni aktar u aktar meta huma magħrufa l-problemi kbar li qed iħabbat wiċċu magħhom pajjiżna f’kull proposta li ssir għad-disponiment ta’ kull tip ta’ skart.

Francis Zammit Dimech qal li bħala Ministru responsabbli mit-turiżmu u l-kultura kellu interess partikolari li jara li ma jsir xejn li jkerraħ l-ambjent jew li jagħmel ħsara lill-wirt storiku ta’ pajjiżna. Fl-istess waqt kien jinkoraġixxi proġetti li joffru aktar faċilitajiet fil-qasam turistiku.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-istudenti tal-ħames klassi ta’ l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili jidhru li mhux biss fehmu l-problemi li għandu pajjiżna fil-qasam tad-disponiment ta’ l-iskart iżda qed jagħmlu proposti konkreti dwar kif nistgħu niddisponu mill-iskart tas-settur tal-kostruzzjoni. Hu qal li 11-il student inqasmu fi tliet gruppi biex iddisinjaw tliet proġetti għat-teżi tagħhom, proġetti li jinvolvu d-disinn għall-bini ta` gżejjer artifiċjali.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li tnejn mill-gruppi ddisinjaw gżira mibnija minn skart tal-kostruzzjoni, filwaqt li t-tielet grupp ddisinja gżira li tiggalleġġja f’wiċċ il-baħar. Hu qal li proġett minnhom jinkludi belt ta’ divertiment li tinkludi impjanti għal tiġrijiet tal-karrozzi. Proġett ieħor hu Green City żgħira.

Francis Zammit Dimech qal li dawn l-istudenti marru mill-kliem għall-fatti billi qalbu fi proġetti l-ħsibijiet tagħhom dwar kif nistgħu niddisponu minn tant materjal li l-industrja tal-bini tipproduċi kull sena. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura radd ħajr lill-istudenti għall-inizjattiva tagħhom u ħeġġiġhom biex ikomplu bil-ħidma tagħhom ħalli jkollna pajjiż isbaħ u aktar modern biex ngħixu fih aħna u nilqgħu lit-turisti li jżuruna u li qed jikkontribwixxu għal kwart tal-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow