Left arrow Go Back

IL-GVERN QED ISAĦĦAĦ IL-ĦIDMA TIEGĦU FIL-ĦARSIEN TAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR

PR108
Date Icon 30/01/2004

“Is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna jiddependi minn kemm ser ikollna suq intern (internal market) organizzat biex jissodisfa d-domanda tal-konsumatur.  Infatti llum il-liġijiet li jorganizzaw is-suq, kollha jiffukaw kif ser iħarsu d-drittijiet tal-konsumatur u mill-istess drittijiet tal-konsumatur, l-imprenditur jagħraf aktar x’inhuma l-obbligi tiegħu fis-suq u x’inhu mistenni minnu. 

F’pajjiżna sa ftit tas-snin ilu nistgħu ngħidu li kellna suq ikkontrollat mill-Gvern.  F’dak iż-żmien, il-Gvern kien prijorita’. Dan il-Gvern illiberalizza s-suq, ma ħalliex il-Gvern bħala prijorita’, iżda issa poġġejna d-drittijiet tal-konsumatur bħala prijorita’.  Dan il-proċess ta’ liberalizzazzjoni li għadu sejjer, huwa proċess kontinwu u mal-kelma “liberalizzazzjoni” nifhmu wkoll responsabilizzazzjoni tas-suq.  Għalhekk illum l-ekonomija tagħna hija mibnija fuq prinċipju wieħed fundamentali, dak tal-Kompetizzjoni Ġusta.” 

Dawn kienu l-kummenti li ta l-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. John Dalli meta zar lill-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta f’Santa Venera.  Id-Direttur Ġenerali s-Sur Marcel Pizzuto spjega lill-Ministru l-ħidma li qed issir minn dawn l-uffiċjali f’din id-Diviżjoni.  

Dwar l-impenji tal-Gvern, il-Ministru Dalli kompla jghid li “l-Gvern huwa mpenjat li jsaħħaħ il-kultura tas-suq fejn il-Kompetizzjoni Ġusta tkun il-prinċipju fundamentali.  Il-konsumatur diġa’ għandu d-drittijiet tiegħu mħarsa fil-liġijiet, iżda baqa’ ħafna x’nagħmlu sabiex indaħħlu kultura fejn kull istituzzjoni, kull entita’ kummerċjali, kull Awtorita’, kull Dipartiment jidħol fil-mentalita’ imprenditorjali fejn jifhem iżjed li d-dmir fundamentali tiegħu huwa li jagħti servizz tajjeb u effiċjenti.”  

“Is-servizzi li jagħti l-Gvern m’humiex servizzi b’xejn għaliex huma servizzi mħallsa minn flus il-poplu, miġbura mit-taxxi, u għalhekk jiena mpenjat li nara li kull servizz mogħti mill-Gvern ikun servizz mogħti b’effiċjenza.  Id-drittijiet tal-konsumaturi ma jistgħux jibqgħu jwasslu biss sa relazzjoni tal-konsumatur u l-ħanut, iżda jeħtieġ li naslu li nrawwmu mentalita’ fejn id-drittijiet tal-konsumatur ikunu jirregolaw l-effiċjenza ta’ kull servizz mogħti.     

Għalhekk jiena sodisfatt ħafna bil-ħidma li diġa’ qed issir; u l-mod kif din id-Diviżjoni qed tkun organizzata. Sodisfatt ukoll b’dawn l-oggettivi ta’ ħidma li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tieghi, l-Onor. Edwin Vassallo qed jagħti lil din id-Diviżjoni biex intom ikollkom direzzjoni fil-ħidma tagħkom. Din il-hidma ghandha l-ghan li tikkomplimenta l-liġijiet, li hu l-kompitu taghkom  taraw li qed ikunu mharsa. Intom taghmlu parti ntegrali minn din l-istruttura li l-Gvern qed isaħħaħ biex ikollna servizz aħjar fis-suq intern. 

Dan huwa l-mod ta’ kif għad iridu jitmexxew id-Dipartimenti tal-Gvern, li ’l quddiem jippublikaw l-oggettivi tagħhom, imbagħad tkun tista’ tiġi mkejjla l-produttivita’, l-effiċjenza u l-effettivita’ tagħhom.”  

Matul il-laqgħa li l-Ministru John Dalli kellu mal-ħaddiema u uffiċjali ta’ din id-Diviżjoni, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo pprezenta l-oggettivi ta’ hidma li din id-Divizjoni, issa ser tkun qed taħdem biex twettaq.  Dan ser isir b’kordinazzjoni ma’ l-Awtorita’ Maltija ta’ l-Istandards u d-Diviżjoni tal-Kummerċ, li flimkien qed jifformaw il-qafas li permezz tiegħu l-Gvern qed jaħdem biex jorganizza l-istrutturi tiegħu u b’hekk joffri s-servizz u jorganizza lis-suq intern.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow