Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI IWIEĠEB STQARRIJA TA’ L-OPPOŻIZZJONI

PR101
Date Icon 29/01/2004

B’riferenza għall-istqarrija tal-kelliema ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi John Dalli qiegħed jitlob pubblikament lill-Onorevoli Charles Mangion u l-Onorevoli José Herrera sabiex immedjatament jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti b’fatti konkreti li qed jipprejokkupawhom, sabiex dawn l-awtoritajiet jieħdu l-passi skond il-liġi. 

Min iħallat x’ġara fil-Price Club ma’ dak li ġara fl-Enron u fil-Parmalat jew ma jafx x’inhu jgħid jew irid iħawwad l-imħuħ.  

Il-kredituri tal-Price Club daħlu f’negozju ma’ kumpanija reġistrata f’Malta billi biegħulha prodotti u servizzi li tagħhom ma tħallsux. B’riżultat ta’ dan, il-kredituri li ma tħallsux qed jipproċedu fil-Qrati Maltin kontra dik il-kumpannija u d-diretturi tagħha. 

Ix-xenarju huwa differenti ferm fil-każ tal-bonds, fejn Maltin jiddeċiedu li jsellfu flus lill-kumpaniji Maltin għaliex qed ifittxu imgħax aħjar minn dak li joffri bank u għax għandhom fiduċja f’min qed isellfu li se jħallsahom lura.  

Kemm il-Borża ta’ Malta kif ukoll l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-MFSA) għandhom funzjonijiet ċari fil-liġi dwar l-ammissjoni ta’ bonds fil-borża, u hemm dmirijiet u responsabbiltajiet ukoll kemm fuq min joħroġ dawn il-bonds kif ukoll fuq id-diretturi, l-isponsor, l-accountants u l-konsulenti l-oħra li jgħinuh fit-tfassil tal-Prospett. Min jintermedja fil-bejgħ ta’ dawn il-bonds huwa sorveljat mill-Awtorità li għandha l-poter tiżgura li l-pariri kienu tajbin u addattati għal min investa.  

Dwar il-credit rating, l-MFSA diġa bdiet proċess ta’ negozjar u konsultazzjoni ma’ aġenziji li joffru credit rating ta’ dawn il-bonds, iżda l-kelliema ta’ l-Oppozizzjoni suppost jafu li l-credit rating ta’ l-Enron u tal-Parmalat ma sewa’ għal xejn, għalkemm baqa’ rating tajjeb ħafna sa ftit qabel bdew l-investigazzjonijiet.  

Funzjoni oħra ta’ l-MFSA hija dik li teduka lill-investitur fuq x’għandu jagħmel qabel jinvestu flusu, għaliex kull investiment għandu element ta’ riskju. L-Awtorità ppubblikat kotba u pproduċiet videoedukattivi sabiex jiftħu għajnejn, u mhux jallarmaw, lill-investitur.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow