MALTA TIEHU SEHEM FIL-FORUM ‘BLIET U REGJUNI GODDA TA’ L-UNJONI EWROPEA’ FI BRUSSELL
Malta, flimkien mad-delegazzjonijiet tad-disa’ stati membri godda, se jkollha l-unur li tippartecipa f’forum, flimkien ma’ rapprezentanti minn regjuni u bliet taghhom, li se jsir waqt is-Sessjoni Plenarja tal-Kumitat tar-Regjuni fil-bini tal-Parlament Ewropew nhar is-16 u s-17 ta’ Gunju 2004.
Din is-Sessjoni Plenarja tal-Kumitat tar-Regjuni se tkun l-ewwel wahda li se tilqa’ fi hdanha l-95 rapprezentanti godda tar-regjuni u l-ibliet li nghaqdu f’dan il-Kumitat tar-Regjuni fl-1 ta’ Mejju 2004. Din is-Sessjoni se jkollha x-xorti tara l-ftuh tal-kwartieri l-godda tal-grupp konsultattiv fi Triq Belliard, nru.101, fi Brussell.
Il-Kumitat tar-Regjuni, bhala korp konsultattiv tar-regjuni u bliet Ewropej, iheggeg li jkun hemm djalogu bejn istituzzjonijiet Ewropej u r-rapprezentanti lokali u regjonali. Bhala parti minn dan il-process, l-ghaxar delegazzjoniet nazzjonali se jtellghu wirja li fiha ser jigi pprezentat il-process tad-devoluzzjoni fil-pajjizi taghhom.
Il-partecipanti ghal dan il-forum ser ikunu mistiedna jiehdu sehem f’seminar dwar l-iffinanzjar tal-politika regjonali u lokali tal-25 pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-attivitajiet ewlenin ghal dawn il-jumejn ser ikunu:
· Il-ftuh ufficjali tal-Kwartieri l-godda tal-Kumitat tar-Regjuni nhar l-Erbgha 16 ta’ Gunju 2004 fit-8.00 ta’ filghaxija. Waqt din ic-cerimonja, is-Sur Peter Straub, President tal-Kumitat tar-Regjuni, ser jiltaqa’ mal-membri l-godda tal-kumitat.
· Workshop fuq “Il-finanzjament ghall-politika lokali u regjonali”, li se jsir nhar il-Hamis 17 ta’ Gunju 2004 bejn is-2.30 u l-5.00 ta’ wara nofsinhar.
· Wirja ta’ l-ghaxar posti imtella’ mill-10 delegazzjonijiet nazzjonali godda tal-Kumitat tar-Regjuni.
Il-Membri Maltin tal-Kumitat tar-Regjuni huma:
AGIUS | Joan | Vici Sindku, Zejtun |
BORG | Joseph | Vici President, Assocjazzjoni Kunsilli Lokali u Kunsillier, Mellieha |
BORG | Doris | Membru Ezekuttiv, Assocjazzjoni Kunsilli Lokali u Sindku, Birkirkara |
BUTTIGIEG | Paul | Sindku, Qala – Ghawdex |
COHEN | Michael | Vici President, Assocjazzjoni Kunsilli Lokali u Sindku, Kalkara |
FARRUGIA | Antonia | Membru Ezekuttiv, Assocjazzjoni Kunsilli Lokali u Kunsilliera, Zurrieq |
FORMOSA | Noel | Membru Ezekuttiv, Assocjazzjoni Kunsilli Lokali u Sindku, San Lawrenz – Ghawdex |
GRECH | Keith | Kunsillier, San Pawl il-Bahar |
MICALLEF | Ian | President, Assocjazzjoni Kunsilli Lokali u Kunsillier, Gzira |
MIFSUD | Malcolm | Sindku, Pieta` |
Il-Kumitat tar-Regjuni huwa ghaqda politika li tipprovdi vuci lill-awtoritajiet lokali u regjonali fil-qalba ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Kumitat tar-Regjuni gie mwaqqaf fl-1994 biex jindirizza zewg punti:
· Jaghti s-sahha lill-politici lokali u regjonali jiffurmaw il-ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea (tlett kwarti tal-ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jigu implimentati fil-livell lokali u regjonali).
· Jindirizza l-biza’ li l-process dwar kif jittiehdu decizjonijiet fil Brussell kien mizmum ferm ’il boghod mic-cittadin ordinarju. Il-Kumitat tar-Regjuni huwa l-vuci tad-demokrazija mill-gheruq, li tirrapprezenta l-livell ta’ gvern qrib ic-cittadin.
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri huma obbligati bit-Trattati ta’ l-Unjoni Ewropea biex jikkonsultaw mal-Kumitat tar-Regjuni dwar proposti legislattivi li jkollhom impatt f’livell lokali u regjonali dwar dawn l-oqsma: impiegi, ambjent, sahha, edukazzjoni u zghazagh, patt socjali u ekonomiku, politika socjali, infrastruttura trans-ewropea, transport, tahrig vokazzjonali u kultura.
Mill-1 ta’ Mejju 2004, il-Kumitat tar-Regjuni ghandu 317 membri u l-istess numru ta’ membri sostituti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en