Left arrow Mur Lura

KUNTRATT GĦALL-APPARAT MEDIKU GĦALL-ISPTAR MATER DEI

PR06
Date Icon 06/01/2004

F’xi stqarrijiet li dan l-aħħar ħarġet għall-istampa d-ditta Simed, intqal li l-offerta tagħhom għall-provvista ta’ apparat mediku għall-Isptar Mater Dei, fuq bażi ta’ life cycle, hija orħos minn dik ta’ l-INSO.  Dan mhux il-każ, kif qed jintwera fit-tabella li ġejja: 

Prezz Totali Kwotat

(apparat)

Euro

Prezz ta’ 5 snin

maintenance u service

Euro

Total

INSO

64,746,103

22,337,405

87,083,508

SIMED

74,841,305

19,513,769

94,355,074

 Jekk din it-tabella tinħadem fuq base cost ta’ l-apparat (eskluża l-VAT) tirriżulta hekk: 

Prezz Totali Kwotat

(apparat)

Euro

Prezz ta’ 5 snin

maintenance u service

Euro

Total

INSO

64,746,103

22,337,405

87,083,508

SIMED

74,841,305

19,513,769

94,355,074

Id-ditta Simed, fit-tabelli li ppubblikat hi, għamlet double counting tal-prezz ta’ ħames snin spare parts,  kif ikkwotat mill-INSO.  Jiġifieri ħadet il-prezz ta’ Euro 22,337,405 u magħhom żiedet il-figura ta’ Euro 12,808,731 bħala spares.

Iżda waqt is-smigħ ta’ l-appell, l-uffiċjali ta’ l-INSO ikkonfermaw għal aktar minn darba, li l-prezz tagħhom ta’ Euro 22,337,405 għal ħames snin maintenance and service agreement, jinkludi l-ispare parts meħtieġa; u dan kif jirrikjedu l-kundizzjonijiet li hemm f’Appendix Numru 10 tad-dokument ta’ l-offerta li jgħid hekk: 

“The prices quoted for the service contract per annum are to include any spare parts required to rectify all major defects causing problems.  All costs of spare parts are to be borne by the contractor and no extra charges are to be attributed to Government”.

Barra minn dan, Simed s’issa naqset li tispjega kif hi ikkwotat prezz daqshekk baxx u mhux realistiku, għal ħames snin spare parts, jiġifieri Euro 999,248, meta l-ebda ditta oħra ma kkwotat għal spare parts għal ħames snin, b’inqas minn ħames miljun Euro.   

Jiġifieri id-ditta Simed qiegħda tgħid li biex tesegwixxi maintenance and service agreement ta’ ħames snin, bl-ispejjeż kollha għaliha, kull ma ħasbet għal spare parts huwa anqas minn miljun Euro.  Naturalment jekk inti tikkwota figuri baxxi bħal dawn, il-life cycle totali se jidher baxx, meta fil-fatt m’huwiex u ma jistax ikun daqshekk baxx.  Ta’ min jgħid ukoll li l-Gvern m’huwiex marbut li jidħol f’agreement bħal dan; u jista jinnegozzjah.   

Kien dan in-nuqqas ta’ konsistenza bejn l-offerti mitfugħa li wassal lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti biex jiddeċiedu li l-għoti tal-kuntratt ikun ibbażat fuq il-qofol ta’ l-offerta, jiġifieri, il-prezz u l-kwalita’ ta’ l-apparat mediku. 

Id-ditta Simed qed tonqos ukoll li tgħid lill-pubbliku li hija ma kkwotatx l-ispiża ta’ ħames snin spare parts għar-rigward ta’ apparat li l-valur tiegħu jammonta għal 66% ta’ l-offerta kollha tagħhom.   

Mhix tgħid ukoll li hija kkwotata l-annual running costs (consumables) għal 15-il item biss minn 1,281 item.  

Dawn iż-żewġ fatturi juru nuqqasijiet serji li kellha l-offerta tad-ditta Simed u l-ewwel punt, jiġifieri dak tal-parts, jispjega għaliex il-prezz tagħha għal ħames snin spare parts, huwa daqshekk baxx ħdejn ta’ ħaddieħor. 

Id-Ditta Simed qalet ukoll li t-tender ta’ l-INSO ġiet skwalifikata mill-Bord ta’ l-Appell u li l-eżerċizzju ta’ kjarifika li sar f’Settembru 2002 mal-kumpannija Taljana ġie ddikjarat abbusiv u llegali mill-istess Bord.  Dan ma jirriżulta mkien fir-rapport tal-Bord ta’ l-Appell, għaliex primarjament,  il-Bord ma’ qabilx ma’ xi tibdil li għamlet l-INSO b’riżultat ta’ dan l-eżerċizzju.  Kieku l-Bord ta’ l-Appell ried jiskwalifika t-tender ta’ l-INSO, kien jitkellem ċar, bħalma għamel fir-rigward tat-tender tal-Hospitalia. 

Finalment, id-90% compliancy ta’ l-INSO li kkwota l-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, hija korretta u tirrifletti l-livell ta’ aċċettazzjoni li laħqet l-offerta ta’ l-INSO fuq bażi ta’ valur  u dan mingħajr ma jiġi kkunsidrat ebda apparat li fuqu seta’ sar xi tibdil.  Huwa fatt li għad fadal madwar 200 item li ma ġewx koperti bl-eżerċizzju ta’ kjarifikazzjoni.  Id-deċiżjoni li l-eżerċizzju ma jkoprix ukoll dawn il-200 item kienet ibbażata kemm fuq il-valur kif ukoll fuq l-importanza minima ta’ dawn l-items.  

Għaldaqstant l-għażla ta’ l-INSO Spa.,  kienet tajba u ġusta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow